STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imniedi trattament ġdid għall-pazjenti b’kanċer tal-prostata
Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li bis-sehem tad-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-Isptar Mater Dei u d-Dipartiment tal-Onkoloġija fl-Isptar Sir Anthony Mamo, qed jitnieda trattament ġdid ta’ Rectal Spacers għall-pazjenti li għandhom kanċer fil-prostata.
Ġie spjegat li minħabba l-fatt li l-prostata u l-musrana jinsabu viċin ta’ xulxin, dan it-trattament ġdid se jassigura li r-raġġi li jingħataw għall-kanċer tal-prostata ma jagħmlux ħsara fil-musrana. Għaldaqstant, dan it-trattament, li se jingħata f’forma ta’ gel, se jipproteġi l-musrana waqt it-terapija bir-radjazzjoni għall-kanċer tal-prostata.
“Madwar 50 persuna fis-sena se jkunu qed jibbenefikaw minn dan it-trattament ġdid, fejn il-musrana se tkun aktar protetta b’riżultat ta’ anqas infjammazzjoni u b’hekk se ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ dawn il-pazjenti. Filwaqt li nirringrazzja lill-ispeċjalisti involuti, kommessi li nkomplu nintroduċu u noffru servizzi u trattamenti li minnhom igawdu l-pazjenti u jittejjeb is-servizz tas-saħħa offrut f’pajjiżna,” temm jgħid Dr Abela.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN