Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL 40 uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili ser jagħtu s-servizz tagħhom fil-Portugall

PR251449
Date Icon 15/08/2025

Il-ħames operazzjoni internazzjonali f'sentejn

40 uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili ser ikunu qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom lill-poplu Portugiż, minħabba nirien ikkaġunati minn mewġa ta’ sħana qawwija, nixfa u nuqqas ta’ ilma li qiegħed jesperjenza l-pajjiż. Bl-ewwel kontinġent ta’ 20 uffiċjal telaq minn pajjiżna llum biex jibda jwettaq din il-ħidma. Il-ħiliet u l-kapaċitajiet tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, illum jippermettu li filwaqt li l-poplu Malti jibqa’ jirċievi l-aqwa servizz, il-pumpiera bl-uniformi Maltija jassistu f’pajjiżi oħra li jkunu fil-bżonn.

Fil-fatt, din mhux l-ewwel ħidma ta’ dan it-tip li qed iwettaq id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, hekk kif fl-aħħar snin assistew fost oħrajn f’ċirkostanzi simili fil-Greċja, flimkien ma’ ħidma oħra f’ċirkostanzi straordinarji fit-Turkija u fil-Libja. B’dik fil-Portugall ser tkun il-ħames operazzjoni f’sentejn fejn il-pumpiera tagħna wettqu ħidma internazzjonali mhux biss ta’ tifħir imma imprezzabbli.

Fi żjara li l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri għamel lil dawn il-pumpiera qabel jibdew triqithom lejn il-Portugall, irrefera għall-investiment bla preċedent li sar fl-aħħar snin f’dan id-Dipartiment, kemm f’dik li hija għodda, fit-taħriġ u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, li qed jagħmluha possibbli li mhux biss il-Protezzjoni Ċivili tibqa’ tipproteġi u tagħmel ħidmiet ta’ salvataġġ f’pajjiżna, iżda wkoll anke lil hinn minn xtutna. 

“Minn dipartiment armat b’tagħmir second-hand, biddilnieh f’wieħed mill-aktar dipartimenti effiċjenti u professjonali li jagħti serħan il-moħħ lill-Maltin. Dan sar grazzi għall-investiment qawwi li l-Gvern għamel mhux biss fuq it-tagħmir u t-taħriġ tal-ħaddiema imma anke fuq il-ħaddiema stess li issa qed igawdu mill-aqwa kundizzjonijiet u pagi li qatt kellhom,” qal il-Ministru Camilleri.

Huwa qal li din il-bidla rriflettiet fil-ħidmiet ta’ fejda u salvataġġ li l-Protezzjoni Ċivili Maltija għamlet tul l-aħħar snin. B’hekk ħidma bħal din hija xhieda ta’ Malta solidali ma’ popli ġirien fil-bżonn, waqt li l-ħaddiema Maltin jiksbu aktar esperjenza li tkompli ssaħħaħ il-ħiliet tagħhom, li finalment igawdu minnhom iċ-ċittadini tagħna.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro qal li d-Dipartiment xorta ser ikollu biżżejjed riżorsi lokalment biex jagħti servizz lill-Maltin u l-Għawdxin, grazzi għall-investimenti kontinwi. 

Dan filwaqt li kkonkluda b’appell lill-pubbliku Malti biex f’dawn ix-xhur ikun aktar konxju dwar il-periklu ta’ nirien fi nħawi nixfin fil-kampanja.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL 40 uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili ser jagħtu s-servizz tagħhom fil-Portugall
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL 40 uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili ser jagħtu s-servizz tagħhom fil-Portugall
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow