Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Tberik tal-bastimenti tas-sajjieda għall-istaġun tal-lampuki

PR251436
Date Icon 12/08/2025

Ilbieraħ filgħaxija, f'Marsaxlokk kien hemm il-quddiesa u ċ-ċelebrazzjoni tat-tberik tad-dgħajjes u tal-bastimenti tas-sajjieda għall-istaġun tal-lampuki, immexxija mill-Kanonku Dun George Spiteri, Amministratur tal-Parroċċa ta' Marsaxlokk. Din iċ-ċerimonja, li ilha parti integrali mit-tradizzjoni tal-komunità tas-sajjieda, tfisser il-bidu uffiċjali ta' perjodu importanti għas-sajd lokali, fejn il-barka tiġi mogħtija biex iġġib ir-risq u s-sigurtà lis-sajjieda matul l-istaġun.

Għall-attività attenda l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo, flimkien mas-sajjieda, membri tal-komunità, familji u entitajiet relatati mas-sajd.

Bħal kull sena, il-preparazzjonijiet kienu intensivi fejn is-sajjieda qattgħu ġimgħat iħejju l-kannizzati bil-weraq tal-palm, teknika tradizzjonali żviluppata minn sajjieda Maltin u Għawdxin li tintuża biex tattira l-lampuka, peress li dan il-ħut ifittex id-dell tal-kannizzati waqt li jżomm qrib il-wiċċ ta' baħar fond. Din is-sena, il-Gvern qassam madwar ta' 6,600 werqa tal-palm lis-sajjieda.

Għal dan l-istaġun, hemm 77 sajjied full-time (MFA) u part-time (MFB) irreġistrati għas-sajd tal-lampuki li jistadu bil-metodu tradizzjonali. L-istaġun tal-lampuki jibda fil-15 ta' Awwissu skont regolamenti tas-sajd Ewropej li joħorġu minn rakkomandazzjonijiet tal-GFCM u jkompli sal-aħħar tas-sena. Bħalissa, id-dgħajjes u l-bastimenti jinsabu mgħobbija bil-kannizzati, ġebel, palm u ċimi, sabiex jintefaw f'pożizzjonijiet magħżula mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura.

“L-istaġun tal-lampuki huwa parti mill-identità u mill-wirt kulturali tagħna. Din hija okkażjoni fejn naraw il-ħidma u d-dedikazzjoni tas-sajjieda tagħna, li b'ħila u determinazzjoni jagħtu s-sehem tagħhom mhux biss lill-ekonomija iżda wkoll lill-patrimonju gastronomiku Malti. Il-Gvern kommess li jkompli jagħti iktar għajnuna sabiex dan is-settur jkompli jkun reżiljenti u sostenibbli kemm għal-llum kif ukoll għal ġejjieni," sostna l-Ministru Anton Refalo.

Il-lampuka, minbarra li hija parti essenzjali mill-ekonomija tas-sajd tagħna, għandha wkoll valur kbir fil-kultura u fl-identità Maltija. Fix-xahar ta' Awwissu, il-familji u r-ristoranti madwar Malta u Għawdex jistennew bil-ħerqa l-ewwel qabda tas-sena biex iduqu dan il-ħut frisk u staġjonali. “Il-ħidma u d-dedikazzjoni tas-sajjieda tagħna għandha tibqa' apprezzata matul is-sena kollha," temm jgħid il-Ministru Refalo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Tberik tal-bastimenti tas-sajjieda għall-istaġun tal-lampuki
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Tberik tal-bastimenti tas-sajjieda għall-istaġun tal-lampuki
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow