Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Jitħabbru d-dettalji tat-tieni edizzjoni tal-attività 'Għad-Dell tal-Akwadott' li se ssir f'Kerċem

PR251432
Date Icon 11/08/2025



Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ħabbar id-dettalji tat-tieni edizzjoni tal-attività 'Għad-Dell tal-Akwadott', li se tittella' nhar is-Sibt 16 t'Awwissu 2025, mis-7pm 'il quddiem, fi Triq San Niklaw f'Kerċem.

Il-ministru qal li, “Din mhix biss attività ta' divertiment imma se sservi ta' pjattaforma sabiex ġġib flimkien il-komunità lokali u tqajjem aktar għarfien dwar is-settur agrikolu, il-produzzjoni tal-ikel u l-wirt tradizzjonali tagħna."

L-avveniment qed jiġi organizzat b'mod konġunt bejn il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u l-Kunsill Lokali ta' Kerċem u d-dħul għall-attività huwa b'xejn. L-attività se tinkludi wkoll logħob għat-tfal, ikel u xorb tradizzjonali, għana u folklor Malti, kif ukoll wirjiet ta' magni antiki u snajja' tradizzjonali, li kollha jfakkru fl-istorja agrarja u kulturali tal-lokal u pajjiżna.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku ta' Kerċem Mario Azzopardi nnota b'sodisfazzjon li l-lokalità tal-Kerċem se tkun qed tilqa' edizzjoni oħra ta' din l-attività. “Dan l-avveniment qed jikber minn sena għall-oħra u qed jiġbed lejh familji minn madwar Għawdex u Malta. Nirringrazzjaw lill-Ministeru tal-appoġġ kontinwu u lill-ħaddiema kollha li qed jagħtu sehemhom biex 'Għad-Dell tal-Akwadott' tkun attività ta' suċċess."

Il-Ministru Anton Refalo saħaq li, “Dawn it-tip ta' inizjattivi huma kruċjali biex inkomplu nsaħħu l-konnessjoni bejn il-komunità u s-settur agrikolu u nżommu ħaj l-identità tagħna bħala poplu." Huwa temm billi stieden lill-pubbliku kollu sabiex jattendi għal din l-attività, u rringrazzja lill-Kunsill Lokali ta' Kerċem, lid-Direttorat tal-Agrikoltura, kif ukoll lill-voluntiera u l-għaqdiet kollha involuti.

Ritratti: MAFA

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Jitħabbru d-dettalji tat-tieni edizzjoni tal-attività 'Għad-Dell tal-Akwadott' li se ssir f'Kerċem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Jitħabbru d-dettalji tat-tieni edizzjoni tal-attività 'Għad-Dell tal-Akwadott' li se ssir f'Kerċem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Jitħabbru d-dettalji tat-tieni edizzjoni tal-attività 'Għad-Dell tal-Akwadott' li se ssir f'Kerċem
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow