Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Isir b’suċċess il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu

PR251431
Date Icon 10/08/2025

Mijiet ta’ persuni attendew l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu, b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Matul l-edizzjoni ta’ din is-sena kienu introdotti diversi elementi ġodda, fosthom it-tiżjin bil-pavaljuni u l-bandalori bl-istemmi ta’ gran mastri differenti, li taw laqta festiva lill-ballu u ċċelebraw l-istorja tal-Kastell Verdala. Dan waqt li l-arranġamenti tal-fjuri kkumplimentaw l-arkitettura u l-arti tal-post.

Element ieħor li ċċelebra l-istorja tal-kastell kienet is-sorpriża ta’ din is-sena, b’żifna minn żeffiena tal-YADA Dance Company, taħt il-gwida ta’ Felix Busuttil, li taw ħajja ġdida lil-leġġenda tal-Blue Lady li jingħad li tidher hawn.

Waqt li l-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta żammet mat-tradizzjoni tal-ballu, u mill-ġdid allegrat lil dawk li attendew, magħha ngħaqdu wkoll il-Big Band Brothers u l-kantanti Jessica Magro, Jessica Micallef, Daniel Cauchi u Jolene Samhan.

Il-President ta’ Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, tirringrazzja lill-voluntiera, ħaddiema u sponsors li kkontribwixxew għas-suċċess ta’ dan l-avveniment storiku.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Isir b’suċċess il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Isir b’suċċess il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Isir b’suċċess il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Isir b’suċċess il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Isir b’suċċess il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow