AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li, skont id-Direttiva dwar l-Ilmijiet għall-Għawm, ma huwiex rakkomandat li jsir għawm fil-post affettwat sakemm jinħareġ avviż ieħor, minħabba li reċentement kien hemm ħruġ ta’ drenaġġ lejn il-baħar minn fosos ta proprjetà privata. Għalkemm il-ħruġ issa waqaf, l-inċident seta’ kellu impatt fuq il-kwalità tal-ilma għall-għawm u jista’ ikun ta’ riskju għas-saħħa pubblika. Bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-pubbliku qed jiġi avżat biex jevita l-għawm f’din iż-żona sakemm jiġi kkonfermat li l-ilma huwa sigur. Uffiċjali mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali bħalissa qed isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib u għaddejjin bl-investigazzjonijiet. Id-durata tat-tniġġis ma tistax tiġi stmata f’dan l-istadju, iżda jiġu ppubblikati aġġornamenti kif meħtieġ.
Kodiċi tas-sit: A16
Lokalità Wied iż-Żurrieq
Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi rrestawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lid-Direttorat għas- Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal on https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN