AVVIŻ MILL-AWTORITÀ MALTIJA DWAR IL-MEDIĊINI
Twissija nazzjonali għas-sigurtà tal-pazjent: Irtirar prekawzjonarju ta' Klassi I ta' Ozempic® Numru tal-Lott - PP5N682::RN287 – Malta
Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq, Novo Nordisk® avża lill-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini li pakkett wieħed (1) ta' Ozempic® 1mg injezzjoni mimlija f'pinna bin-numru tal-lott PP5N682::RN287 huwa suspettat li possibbilment huwa falz.
Bħala miżura ta' prekawzjoni bbażata fuq ir-rapport ta' Novo Nordisk®, qed isir irtirar fil-livell tal-pazjent tal-Ozempic® 1mg injezzjoni mimlija f'pinna bin-numru tal-lott u d-data ta' skadenza preżentati hawn taħt. Dan l-irtirar japplika għal dan il-lott biss.
| Numru tal-Lott | PP5N682::RN287 |
| Data ta' Skadenza | 02/2027 |
Jekk għandek fil-pussess tiegħek Ozempic® 1mg injezzjoni mimlija f'pinna li tappartjeni għal dan il-lott (irreferi għar-ritratt mehmuż):
- Waqqaf l-użu tal-prodott affettwat
- Ikkuntattja l-ispiżerija tiegħek biex tivverifika l-lott tal-mediċina
- Irritorna l-pakkett affettwat lill-ispiżerija minn fejn xtrajt il-mediċina
- Kellem lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek għal parir kif tkompli l-kura tiegħek
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika bħala l-Awtorità tal-Liċenzjar bl-għajnuna tal-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini qed jaħdmu b'mod attiv mal-partijiet interessati biex jissalvagwardja kwalunkwe riskju possibbli għas-saħħa pubblika.
Jekk għandek xi mistoqsijiet, kellem lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN