Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Il-Prof. Kristian Zarb Adami maħtur bħala Chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-UNESCO f’pajjiżna

pr251420
Date Icon 08/08/2025

Il-Professur Kristian Zarb Adami nħatar bħala Chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-UNESCO f’pajjiżna. Il-Kummissjoni Nazzjonali għandha l-għan li tmexxi ’l quddiem il-missjoni tal-UNESCO favur il-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà permezz ta’ koperazzjoni internazzjonali fl-oqsma tal-edukazzjoni, ix-xjenza u l-kultura. 

Il-ħatra saret mill-Ministru għall-Kultura, Artijiet u Gvern Lokali Owen Bonnici.

Il-Professur Zarb Adami huwa wieħed mill-aktar xjenzati distinti f’Malta u huwa magħruf għall-kontribut tiegħu fid-disinn tar-radio telescopes, b’mod partikolari permezz tar-rwol tiegħu fil-proġett globali Square Kilometre Array, li għandu l-għan li jibni l-ikbar radio telescope. Prof. Zarb Adami huwa d-direttur fundatur tal-Istitut għax-Xjenzi tal-Ispazju u l-Astronomija fl-Università ta’ Malta, kif ukoll għandu karigi akkademiċi konġunti mal-Università ta’ Oxford u l-Università ta’ Catania. Lil hinn mix-xjenza astronomika, huwa wkoll kofundatur ta’ kumpanija innovattiva fil-qasam tal-kura diġitali, li tuża intelliġenza artifiċjali – żviluppati inizjalment għall-astronomija – biex jiġu identifikati u mmonitorjati b’mod bikri mard deġenerattiv bħall-Alzheimer u l-Parkinson.

Il-bord il-ġdid jinkludi sitt esperti – tnejn għal kull qasam mit-tliet oqsma ewlenin tal-UNESCO jiġifieri l-kultura, l-edukazzjoni u x-xjenza – sabiex tiġi żgurata rappreżentanza bilanċjata u komprensiva u se jkun magħmul kif ġej:

Chairperson: Prof. Kristian Zarb Adami

Membri:

Francis J Sultana

Christopher Briffa

Mirana Agius Silvio

Francesco Debono

Dr Rachel Abela

Dr Chris Barbara

Segretarju Ġenerali: Luisana D’Amato

Segretarju tal-Bord: Matthew Mallia

Il-Ministru Owen Bonnici spjega li l-Kummissjoni Nazzjonali ta’ Malta se taħdem biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet governattivi u dawk mhux governattivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, ix-xjenza u l-kultura. “Se nassiguraw parteċipazzjoni attiva ta’ professjonisti Maltin f’inizjattivi tal-UNESCO, filwaqt li naħdmu biex nippromwovu l-ħatra tagħhom f’karigi fi ħdan l-Organizzazzjoni u nikkollaboraw f’proġetti internazzjonali ma’ kummissjonijiet oħra u uffiċċji reġjonali tal-UNESCO,” kompla jgħid il-Ministru Bonnici, filwaqt li awgura liċ-Chairperson u lill-membri kollha għall-ħidma tagħhom fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali.

L-Istatut tal-UNESCO jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jistabbilixxu Kummissjoni Nazzjonali li taħdem bħala pont bejn l-istituzzjonijiet nazzjonali u l-organizzazzjoni. Dawn il-kummissjonijiet jiżguraw li l-vuċijiet nazzjonali jkunu rappreżentati fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UNESCO, kif ukoll jgħinu fit-tixrid ta’ informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Il-Prof. Kristian Zarb Adami maħtur bħala Chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-UNESCO f’pajjiżna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow