Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni

PR251417
Date Icon 08/08/2025


L-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni (EPA) ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv tagħha mal-UHM – Voice of the Workers, li jimmarka pass importanti għall-awtorità u għall-impjegati tagħha. Preżenti għal dan il-ftehim kien hemm il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.

Permezz ta' dan il-ftehim, l-impjegati tal-EPA se jibbenefikaw minn qafas definit għall-progress fil-karriera, li jipprovdi opportunitajiet strutturati għat-tkabbir professjonali fi ħdan l-Awtorità.

Il-ftehim jinkludi wkoll pakkett imtejjeb ta' remunerazzjoni, b'żidiet fis-salarji bażiċi u fl-allowances li jirriflettu l-livell ta' responsabbiltà li jwettqu l-impjegati tal-EPA. Dan it-titjib għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ l-impenn tal-Awtorità li tipprovdi servizz ta' kwalità għolja u ffukata fuq il-pazjent.

Il-Ministru Jo Etienne Abela nnota b'sodisfazzjon dan il-ftehim kollettiv ġdid favur l-impjegati tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni. Sostna li dan huwa pass importanti għall-ħaddiem f'din l-entità u qal li l-Gvern kommess li jkompli joffri l-aqwa kundizzjonijiet lill-professjonisti fis-settur tas-saħħa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow