Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Il-Festival Internazzjonali tal-Ikel: Ċelebrazzjoni tal-għaqda permezz tad-diversità

pr251406
Date Icon 06/08/2025

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg, żaret il-preparamenti għall-Malta International Food Festival – avveniment li jiċċelebra l-kultura, l-inklużjoni u l-koeżistenza armonjuża f’Malta.

Id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi se jkun qed jieħu sehem f’dan il-festival għat-tieni sena konsekuttiva, billi jipprovdi pjattaforma lill-komunitajiet varji ta’ migranti li jgħixu f’pajjiżna.

Bit-tema ‘Il-kulturi huma lingwa sabiħa ta’ diversità’, is-Segretarju Parlamentari enfasizzat il-valur tal-iskambju kulturali u r-rispett reċiproku fil-bini ta’ pajjiż aktar inklużiv. “L-ikel huwa lingwa universali, u dan il-festival ifakkarna kif id-diversità tista’ tgħaqqadna u ssaħħaħ l-identità nazzjonali tagħna. Kull platt jirrakkonta storja – u kull storja żżejjen il-wirt kulturali tagħna,” saħqet is-Segretarjat Parlamentari Buttigieg.

Matul iż-żjara tagħha, is-Segretarju Parlamentari semmiet ukoll il-programm ‘I Belong’, li jgħin lill-migranti jintegraw fis-soċjetà Maltija permezz ta’ korsijiet tal-lingwa u orjentazzjoni kulturali. Filwaqt li faħħret ix-xogħol tad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, enfasizzat li dan il-programm għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ l-inklużjoni u jiġġieled kontra r-razziżmu.

Buttigieg żiedet tgħid: “Il-Festival Internazzjonali tal-Ikel huwa aktar minn ċelebrazzjoni tal-kċina. Huwa ċelebrazzjoni tal-appartenenza, tal-valuri kondiviżi, u tad-diversità sabiħa li tagħti l-karattru uniku lill-komunitajiet tagħna.” 

Il-parteċipazzjoni tad-Direttorat f’dan l-avveniment ikompli jimplementa l-miżuri relatati mal-għarfien pubbliku tal-Istrateġija u Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni varata iktar kmieni dis-sena.

Il-festival se jinkludi esperjenzi kulinarji minn bosta pajjiżi, spettakli diretti u wirjiet kulturali interattivi. Se jsir bejn l-Erbgħa 6 u l-Ħadd 10 ta’ Awwissu fuq il-Fosos tal-Furjana, mis-6pm ’l quddiem.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Il-Festival Internazzjonali tal-Ikel: Ċelebrazzjoni tal-għaqda permezz tad-diversità
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Il-Festival Internazzjonali tal-Ikel: Ċelebrazzjoni tal-għaqda permezz tad-diversità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow