Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Insaħħu inizjattivi ambjentali: Estiż b’10 lokalitajiet il-proġett-pilota tal-mobile RVMs għall-anzjani u persuni vulnerabbli

pr251395
Date Icon 04/08/2025

Tiżdied d-disponibbiltà tal-magni pubbliċi fissi: F’xahar wieħed biss l-użu ta’ dawn il-magni żdied b’4,800 siegħa

Mal-145,000 kontenitur tax-xorb inġabru permezz tal-proġett pilota tal-mobile RVMs (reverse vending machines), inizjattiva li permezz tagħha persuni ta’ 60 sena jew aktar jistgħu jċemplu biex jinġabru kontenituri tax-xorb.

B’medja ta’ 250 booking fil-ġimgħa, il-proġett pilota kiseb riżultati pożittivi, tant li l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika qiegħed jestendi dan is-servizz għal 10 lokalitajiet oħra. Dawn huma: Santa Venera, iż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Kirkop, Ħ’Attard, Ħaż-Żabbar, Marsascala, ix-Xgħajra, il-Mosta u l-Imġarr. Is-servizz huwa disponibbli ukoll għal dawk li għandhom il-Blue Badge.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika,  Glenn Bedingfield, waqt żjara f’Bormla fejn mobile RVM kien qed jopera dan is-servizz għan-nies. Huma kienu akkumpanjati mill-Kap Eżekuttiv ta’ Circular Economy Malta (CEM), l-Inġ. Jason Vella u d-Direttur Ġenerali ta’ Clean Malta, Ramon Deguara.

“Meta ħabbarna l-proġett pilota tal-mobile RVMs, tajna kelma li rridu nilħqu kemm jista’ jkun nies u għalhekk hu ta’ sodisfazzjoni li fi żmien tant qasir, qed nestendu n-numru ta’ lokalitajiet f’fażi oħra ta’ din l-inizjattiva. M’aħniex se nieqfu hawn – b’investiment adegwat, se naraw li dan is-servizz nifirxuh madwar Malta kollha,” qalet il-Ministru Dalli.

Fix-xhur li ġejjin, il-proġett se jkompli jissaħħaħ permezz ta’ investiment f’makkinarju aktar modern u effiċjenti, li jżid il-veloċità u l-kapaċità tal-ġbir, u b’hekk itejjeb l-effiċjenza. Dan l-investiment se jtejjeb il-ħeffa tas-servizz sabiex ikun jista’ jilħaq aktar talbiet. Din l-inizjattiva se tkun pass importanti qabel dan il-proġett pilota  jestendi fuq livell nazzjonali.

Ċifri ta’ CEM juru wkoll kif l-aċċessibilità tal-magni pubbliċi fissi żdiedet, tant li l-magni rreġistraw żieda fl-operat ta’ 4,800 siegħa, f’xahar biss meta kkumparat mal-istess xahar tas-sena li għaddiet. Dan huwa frott passi li ttieħdu biex ikun hemm immaniġġjar aħjar tas-siti mill-operatur u l-assistenza pprovduta minn Clean Malta, sabiex il-magni jitbattlu aktar malajr.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield fisser kif “qed nagħmlu s-sehem tagħna biex inkunu ta’ servizz għan-nies illi jridu jirriċiklaw. Fejn ikun hemm problema ma nistennewx illi tissolva weħidha. Għalhekk qed nagħtu dan is-servizz bieb bieb, ħalli flimkien mal-poplu Malti naħdmu biex ikollna ambjent aħjar.”

B’hekk il-lista ta’ lokalitajiet telgħet għal 30, u tinkludi: il-Marsa, il-Kalkara, Ħal Għaxaq, il-Gudja, l-Imqabba, il-Qrendi, Birżebbuġa, l-Isla, il-Birgu, il-Belt Valletta, Bormla, Raħal Ġdid, il-Ħamrun, Ħal Lija, Ħal Balzan, Santa Luċija, Ħal Luqa, il-Furjana, Tal-Pietà, Gwardamanġa, Santa Venera, iż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Kirkop, Ħ’Attard, Ħaż-Żabbar, Marsaskala, ix-Xgħajra, il-Mosta u l-Imġarr.

Il-bookings fil-lokalitajiet il-ġodda jiftħu għada, it-Tlieta 5 ta’ Awwissu u huma disponibbli mit-08:00 sat-20:00, mit-Tnejn sal-Ħadd, b’telefonata fuq 1718 jew permezz ta’ email fuq bcrs.cleansing@gov.mt.

Il-Ministeru għall-Ambjent ifakkar ukoll li wara l-investiment li sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tejbet il-kwalità tal-ilma tal-vit f'pajjiżna, ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma qed jilqa’ l-applikazzjonijiet tal-iskema ‘Tap Water’. Permezz tagħha, kull min jixtri active carbon filter jingħata rifużjoni ta’ 60% tal-ispiża, sa massimu ta’ €100. Barra minn hekk, familji vulnerabbli li llum jirċievu l-benefiċċju tal-enerġija, irċevew bil-posta voucher ta’ €100 biex jixtru l-filter. Il-lista ta’ ħwienet li qed jaċċettaw dawn il-vouchers tinsab fuq waw.com.mt. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Insaħħu inizjattivi ambjentali: Estiż b’10 lokalitajiet il-proġett-pilota tal-mobile RVMs għall-anzjani u persuni vulnerabbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Insaħħu inizjattivi ambjentali: Estiż b’10 lokalitajiet il-proġett-pilota tal-mobile RVMs għall-anzjani u persuni vulnerabbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Insaħħu inizjattivi ambjentali: Estiż b’10 lokalitajiet il-proġett-pilota tal-mobile RVMs għall-anzjani u persuni vulnerabbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Insaħħu inizjattivi ambjentali: Estiż b’10 lokalitajiet il-proġett-pilota tal-mobile RVMs għall-anzjani u persuni vulnerabbli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow