Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Se jiġi introdott il-Programm prestiġjuż Fulbright Specialist tal-Istati Uniti fi ħdan l-MCAST

pr251387
Date Icon 01/08/2025

Permezz ta’ ftehim iffirmat bejn l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Malta u l-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) se jiġi introdott il-Programm prestiġjuż Fulbright Specialist tal-Istati Uniti fi ħdan l-MCAST.

Il-ftehim jikkonferma l-impenn taż-żewġ naħat lejn l-eċċellenza, u filwaqt li jimmarka pass importanti fl-istorja tal-iskambju akkademiku bejn l-Istati Uniti u Malta, jenfasizza l-għan komuni bejn iż-żewġ naħat għall-promozzjoni tal-innovazzjoni, tmexxija akkademika, u koperazzjoni bilaterali.

Iċ-ċerimonja kienet ippreseduta mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima u l-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST Horace Laudi. Iċ-Chargé d’Affaires Amerikan Ken Toko, u l-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST Stephen Vella iffirmaw il-ftehim.

Il-Programm Fulbright Specialist, parti mill-inizjattiva usa’ Fulbright, jgħaqqad akkademiċi u professjonisti Amerikani ma’ istituzzjonijiet barra l-Istati Uniti biex jaħdmu flimkien fuq proġetti li jsaħħu l-għarfien u jippromwovu sħubiji fit-tul. It-twessigħ tal-programm lejn l-MCAST jenfasizza l-impenn ta’ Malta u l-Istati Uniti lejn l-eċċellenza akkademika u l-kollaborazzjoni internazzjonali.

Il-Ministru Clifton Grima esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din is-sħubija, u nnota l-potenzjal tal-programm li permezz tiegħu l-istudenti se jkollhom aktar opportunitajiet edukattivi. “Din il-kollaborazzjoni hija xhieda tas-sħubija soda bejn Malta u l-Istati Uniti. Se tipprovdi opportunitajiet uniċi kemm għall-istudenti kif ukoll għall-MCAST biex jinteraġixxu ma’ esperti Amerikani ewlenin u jagħtu sehemhom fl-iżvilupp akkademiku globali.”

“Aħna kburin naraw lill-MCAST, wieħed mill-pilastri tal-perkors edukattiv ta’ Malta, li issa se jingħaqad man-network Fulbright. Din l-inizjattiva mhux biss se ssaħħaħ ir-rabtiet akkademiċi, imma wkoll tespandi l-orizzonti, kemm għall-ispeċjalisti Amerikani kif ukoll għall-komunità edukattiva Maltija”, qal il-Ministru Grima.

Fil-kummenti tiegħu waqt l-avveniment, iċ-Chargé d’Affaires Ken Toko enfasizza l-impatt trasformattiv tal-Programm Fulbright, li minn mindu twaqqaf sar pilastru tal-politika kulturali u edukattiva tal-Istati Uniti. Huwa qal, “Il-parteċipanti fil-Programm Fulbright mhumiex biss akkademiċi, huma ambaxxaturi ta’ ftehim reċiproku, li jibnu rabtiet bejn il-popli li jagħtu appoġġ u jsaħħu l-isforzi tal-gvernijiet tagħna. L-istudenti Fulbright, kemm Maltin kif ukoll Amerikani, għandhom rwol ċentrali biex isaħħu r-relazzjonijiet bilaterali diġà eċċellenti bejn iż-żewġ naħat.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Se jiġi introdott il-Programm prestiġjuż Fulbright Specialist tal-Istati Uniti fi ħdan l-MCAST
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Se jiġi introdott il-Programm prestiġjuż Fulbright Specialist tal-Istati Uniti fi ħdan l-MCAST
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow