Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI It-tfal jaqsmu l-aspirazzjonijiet tagħhom għall-Viżjoni Malta 2050

pr251386
Date Icon 01/08/2025

Aktar minn mitt tifel u tifla inġabru fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora għal “Il-Ħolma għat-Tfal għal Viżjoni Malta 2050”, avveniment li ttella’ bħala parti mill-konsultazzjoni nazzjonali dwar il-Viżjoni Malta 2050. L-avveniment ipprovda pjattaforma kreattiva u inklużiva għat-tfal biex jaqsmu l-ideat u t-tamiet tagħhom għal Malta li jixtiequ jikbru fiha.

Għall-avveniment kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti u l-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, li tkellmu mat-tfal li attendew għal dan l-avveniment u faħħru l-kontribut intuwittiv tagħhom.

Is-segretarju parlamentari stqarr li, “Illum rajna li t-tfal mhux biss huma kapaċi jimmaġġinaw Malta aħjar imma huma ħerqana li jgħinu fil-bini tagħha. Il-proċess tal-Viżjoni Malta 2050 għandu jirrifletti l-kreattività tagħhom, is-sens ta’ ġustizzja tagħhom, u x-xewqa tagħhom għal futur aktar sostenibbli u inklużiv. L-ilħna tagħhom huma importanti, u jistħoqqilhom li jinstemgħu.”

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca sostniet, “It-tfal mhumiex biss il-mexxejja ta’ għada imma llum huma ċittadini attivi. L-ideat tagħhom jirriflettu t-tip ta’ Malta li lkoll għandna nistinkaw għaliha: aktar ekoloġika, aktar sikura u aktar inklużiva. Din l-inizjattiva hija pass sinifikanti lejn id-djalogu interġenerazzjonali u r-responsabbiltà kondiviża. Irridu nkomplu nagħtu s-setgħa lil uliedna biex joħolmu, jitkellmu, u jsawru l-futur tan-nazzjon tagħna.”

Roberta Albanese Dalli, mit-tim Viżjoni Malta 2050, irrimarkat li l-aspirazzjonijiet tat-tfal huma sinjal ċar ta’ ġenerazzjoni soda u impenjata li nistgħu nafdaw il-futur ta’ pajjiżna f’idejha.

L-avveniment sar f’ambjent vibranti u interattiv, b’wirjiet tax-xjenza live, attivitajiet prattiċi u workshops li ħeġġew lit-tfal jaħsbu b’mod kritiku u kreattiv dwar il-futur ta’ Malta.

It-tfal esprimew viżjoni komprensiva li inkludiet fost oħrajn, spazji miftuħa u adattati għat-tfal, trasport sostenibbli, żoni pedonali, l-aċċess għal persuni b’diżabilità, l-inklużività u rispett għall-kultura u d-diversità, fost temi oħra.

Il-konsultazzjoni pubblika għall-Viżjoni Malta 2050 hija miftuħa sad-9 ta’ Settembru 2025, u kull min jixtieq jista’ jaqsam l-ideat tiegħu fuq envision2050.gov.mt.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI It-tfal jaqsmu l-aspirazzjonijiet tagħhom għall-Viżjoni Malta 2050
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI It-tfal jaqsmu l-aspirazzjonijiet tagħhom għall-Viżjoni Malta 2050
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI It-tfal jaqsmu l-aspirazzjonijiet tagħhom għall-Viżjoni Malta 2050
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow