Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 5,000 intervent b’appoġġ lil aktar minn 1,000 familja bil-programm Family-Community-School Link

PR251366
Date Icon 30/07/2025

Il-Programm Family-Community-School Link (FCSL) tnieda bħala inizjattiva pilota fl-iskejjel statali Maltin matul is-sena skolastika 2024–2025 bil-għan li jrawwem relazzjonijiet aktar b’saħħithom bejn l-iskejjel, il-familji u l-komunitajiet lokali. Kif deskritt fl-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni, il-programm huwa maħsub biex jittrasforma u jsaħħaħ sistema ta’ appoġġ koeżiva għall-istudenti billi jippromwovi l-involviment attiv tal-familja, itejjeb l-appoġġ għall-edukaturi u jibni sħubijiet integrati ma’ organizzazzjonijiet tal-komunità.

L-FCSL huwa komponent fundamentali tal-Istrateġija għat-Tluq Bikri mill-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ELET), li ġiet introdotta f’Lulju 2023. Dan jallinja mal-mira tal-Unjoni Ewropea li tnaqqas ir-rata tal-ELET għal 9% sal-2030. L-FCSL jappoġġja l-prevenzjoni u l-intervent bikri permezz ta’ approċċ iċċentrat fuq il-persuna, u jsaħħaħ il-prijoritajiet tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024–2030. Il-Ministeru għaddej b’impenn qawwi biex jindirizza t-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ (ELET), tant li fl-2024 ir-rata naqset għal 9.6%.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħatat ħarsa lejn ix-xogħol li sar permezz ta’ dan il-programm u wkoll ħarsa ’l quddiem lejn ix-xogħol li se jkompli jsir.

“Dan huwa programm li jħares lejn ir-realtajiet varji li għandna fis-soċjetà tagħna u għandu l-għarfien li hemm relazzjoni importanti bejn il-familja, il-komunità u anki l-iskejjel tagħna. Allura qegħdin naħdmu bħala Ministeru biex nassiguraw li kemm huwa umanament possibbli nkunu kapaċi ngħaqqdu diversi servizzi li jistgħu jingħataw lit-tfal tagħna. Dawn huma servizzi li permezz tagħhom it-tfal tagħna jilħqu dak li huwa l-potenzjal sħiħ tagħhom u jkunu kapaċi jiżviluppaw f’adulti li jagħmlu suċċess fit-triq li huma jagħżlu,” qal il-Ministru Grima.

Inizjalment introdott f’erba’ skejjel, matul l-2025 sitt skejjel oħra ngħaqdu mal-programm, u b’hekk ġie rdoppjat il-firxa oriġinali tiegħu. Mill-bidu l-FCSL wettqet kważi 5,000 intervent u appoġġja aktar minn 1,000 familja. Dan il-progress kien immexxi mill-impenn ta’ uffiċjali ġodda tal-Outreach li ġew reklutati u mħarrġa biex jaħdmu fid-Direttorat għall-Ippjanar u l-Previżjoni Strateġika (DPSF) fi ħdan il-Ministeru, li qiegħed jippjana li jespandi t-tim tal-Outreach għal mill-inqas 15-il uffiċjal fl-impjieg ta’ full-time fis-sena skolastika li jmiss.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Matthew Vella stqarr, “Il-Programm FCSL jirrappreżenta pass konkret lejn edukazzjoni verament ċentrata fuq il-persuna, fejn kull student, familja u membru tal-komunità jsib spazju għal smigħ, fiduċja u appoġġ. Il-Programm huwa mudell għall-approċċ integrat fis-servizz pubbliku, mibni fuq il-fiduċja, l-ekwità, u appoġġ proattiv. F’dinja fejn sfidi akkademiċi, emozzjonali u soċjali jinteraġixxu u jinfluwenzaw lil xulxin, l-FCSL jagħmel differenza billi jpoġġi l-bniedem fiċ-ċentru – mhux bħala statistika, imma bħala sieħeb fid-djalogu edukattiv. Huwa dan il-valur tal-fiduċja u l-ekwità li jmexxi l-viżjoni tagħna lejn edukazzjoni inklużiva u involuta fil-komunità”.

B’ħarsa ’l quddiem lejn is-sena skolastika 2025–2026, hemm ippjanat diversi żviluppi ewlenin, fosthom billi se jitnieda proġett pilota nazzjonali integrat mas-saħħa mentali taħt il-qafas tal-FCSL; il-programm se jespandi l-firxa tiegħu fin-networks kollha tal-kulleġġi, billi jikber minn 10 għal 20 skola u minn 4 għal 10 kulleġġi, kif ukoll l-għadd ta’ uffiċjali tal-Outreach se jiżdied għal minimu ta’ 10 professjonisti biex jappoġġja din l-espansjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 5,000 intervent b’appoġġ lil aktar minn 1,000 familja bil-programm Family-Community-School Link
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow