Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA U MILL-KABINETT TAL-MINISTRI Il-Prof. Edward Scicluna se jerġa’ jibda jeżerċita l-funzjoni ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u membru tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

pr251355
Date Icon 29/07/2025

Il-Professur Edward Scicluna se jerġa’ jibda jeżerċita l-funzjoni ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u membrutal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew wara talba formali li għamel lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana.

Il-Prim Ministru Robert Abela kkonsulta mal-Bank Ċentrali Ewropew li bħala istituzzjoni indipendenti ma sab l-ebda oġġezzjoni għat-talba tal-Professur Scicluna.

Il-Prim Ministru Abela dalgħodu aġġorna lill-Kabinett tal-Ministri b’dawn l-iżviluppi. It-talba tal-Professur Edward Scicluna ġiet milqugħa favorevolment.

Il-Kabinett tal-Ministri jirringrazzja lid-Deputat Gvernatur Alexander Demarco li assuma l-irwol ta’ Aġent Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta fix-xhur li għaddew.

Il-Kabinett tal-Ministri jawgura lill-Professur Edward Scicluna fit-tkomplija tat-twettiq tas-servizz tiegħu b’lealtà u impenn, kif dejjem għamel f’kull kariga li ġie fdat fiha favur l-interess tal-pajjiż.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow