STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI: Riżultati Finali u Allokazzjoni ta' Sottoskrizzjonijiet minn Investituri mhux Professjonali – Stock tal-Gvern ta' Malta – Lulju 2025
B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 251309 ippubblikata fit-18 ta' Lulju 2025, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu d-dettalji tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) u l-allokazzjoni f'kull stock.
F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva s-somma totali nominali ta' €449,040,900 minn investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €250,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €150,000,000.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali
Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa s-16 ta' Lulju 2025, it-Teżor irċieva 3,778 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li kellhom valur nominali ta' €155,040,900. Kif tħabbar diġà, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel, ġew aċċettati kollha.
Id-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:
| Deskrizzjoni tal-istock | Numru ta' Applikazzjonijiet | Allokazzjoni Nominali (€) |
| 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2035 (IV) bi prezz ta' €100.00 | 2,169 | 80,700,700 |
| 3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2040 (II) bi prezz ta' €100.00 | 1,609 | 74,340,200 |
| Total | 3,778 | 155,040,900 |
Irkant Kompetittiv – Wholesale Investors
Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa, 18 ta' Lulju 2025, it-Teżor irċieva 48 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €294,000,000 li ġew allokati kif ġej:
| Deskrizzjoni tal-istock | Numru ta' Applikazzjonijiet | Allokazzjoni Nominali (€) |
| 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2035 (IV) bi prezz ta' €100.00 | 2,169 | 80,700,700 |
| 3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2040 (II) bi prezz ta' €100.00 | 1,609 | 74,340,200 |
| Total | 3,778 | 155,040,900 |
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor https://treasury.gov.mt/stock-tal-gvern-ta-malta/.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN