Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Follow-up Audit Reports, Publication 2025 issued by the National Audit Office

pr251326
Date Icon 23/07/2025

Għad-disa' sena konsekuttiva, l-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, l-ewwel volum b'ġabra ta' għaxar rapporti ta' segwitu għas-sena 2025.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għal darb'oħra identifika numru ta' verifiki li saru fl-aħħar snin bl-iskop li jevalwa jekk ir-rakkomandazzjonijiet rispettivi ġewx implimentati. Naturalment, kif inhu mistenni, kull istituzzjoni nazzjonali tal-verifika għandha jkollha mekkaniżmu li jassigura li r-rakkomandazzjonijiet jitwettqu fi żmien raġonevoli, sabiex dan iwassal għal titjib fil-governanza.

Sabiex ikun iddeterminat jekk sarx progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, saret analiżi ta' dawn il-verifiki ta' natura Finanzjarja u ta' Konformità f'dawn l-oqsma:

  1. Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi
  2. Dħul tal-Kunsilli Lokali
  3. Pensjonijiet tar-Romol
  4. Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità 
  5. Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar
  6. Pilastri tal-iċċarġjar tal-Vetturi Elettriċi
  7. L-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta' Malta – Dwana
  8. L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
  9. L-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati
  10. L-Awtorità għat-Trasport f'Malta

L-eżerċizzju li sar din is-sena jindika li prattikament 80% tar-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali li ġew analizzati kienu indirizzati b'mod sħiħ, parzjalment, jew qegħdin fi proċess avvanzat li jiġu mwettqa mill-entitajiet ikkonċernati. Ir-Rapport juri wkoll il-persentaġġ ta' rakkomandazzjonijiet implimentati għal kull wieħed mill-għaxar verifiki imsemmija.

Din il-pubblikazzjoni hi aċċessibbli minn fuq is-sit uffiċjali tal-NAO nao.gov.mt jew mill-paġna tal-Facebook tal-Uffiċċju www.facebook.com/NAOMalta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow