Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Fix-Xgħajra se tittella’ attività għall-familja kollha permezz ta’ fondi mill-iskema għall-Kunsilli Lokali

PR251321
Date Icon 22/07/2025

Il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra se jkun qed itella’ attività sajfija nhar is-Sibt, 26 ta’ Lulju. Din l-attività, li ġġib l-isem Elementi Sajfin, għandha l-għan li tgħaqqad lill-familji u l-komunità tax-Xgħajra għal attività fl-isfond tal-baħar Mediterranju.

Id-dettalji dwar din l-attività tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli u s-Sindku tax-Xgħajra, Neil Attard. Intqal kif din l-attività se tittella’ fiż-żona magħrufa Tal-Milord fi Triq Dawret ix-Xatt, ix-Xgħajra, dan bil-għan li l-baħar iservi ta’ sfond għal din l-attività. 

Ġie spjegat li l-attività se tibda fis-6.00 p.m. sa nofsillejl, fejn se jkun hemm spettaklu mill-aħwa Fabrizio u Claudia Faniello, l-artist Xgħajri Giosue Agius, u l-grupp ta’ żfin mix-Xgħajra, Street Elements, l-artisti Liston u DJ Sheron, flimkien mal-grupp Project Band u l-vjolinist Fiorini. Apparti minn dan l-ispettaklu se jkun hemm ukoll ikel u xorb mill-grupp tal-Iscouts tax-Xgħajra stess.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li din hi attività oħra minn sensiela ta’ attivitajiet li qed isibu l-appoġġ tal-Gvern ċentrali permezz tal-iskema maħruġa mid-Direttorat tal-Gvern Lokali. Spjegat kif qed tingħata attenzjoni wkoll lejn il-kwalità tal-attivitajiet li jittellgħu.

“L-għan ewlieni ta’ dawn l-attivitajiet madwar l-irħula u l-ibliet Maltin u Għawdxin huma sabiex il-familji u l-komunitajiet ikollhom mezz ieħor ta’ divertiment matul l-istaġuni kollha tas-sena. Attivitajiet bħal dawn se jkomplu jsibu l-appoġġ finanzjarju u anke loġistiku tal-Gvern ċentrali, hekk kif ikomplu jgħollu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna,” temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Min-naħa tiegħu s-Sindku tax-Xgħajra, Neil Attard, sostna kif din l-attività setgħet tittella’ permezz tal-appoġġ tal-Gvern lill-Kunsilli Lokali u l-komunitajiet sabiex jittellgħu attivitajiet bħal din. Huwa ħeġġeġ lir-residenti tax-Xgħajra sabiex ikunu parteċipi f’din l-attività sabiex dawk kollha li se jattendu, anke minn barra r-raħal, ikollhom esperjenza mill-isbaħ ta’ din il-lokalità.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Fix-Xgħajra se tittella’ attività għall-familja kollha permezz ta’ fondi mill-iskema għall-Kunsilli Lokali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Fix-Xgħajra se tittella’ attività għall-familja kollha permezz ta’ fondi mill-iskema għall-Kunsilli Lokali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow