Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Gvern jippubblika l-emendi għall-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188

PR251293
Date Icon 16/07/2025

Il-Gvern ippubblika emendi għall-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188. 

Dawn l-emendi għandhom tliet għanijiet ewlenin: 

1. Pajjiżna ser jiġi konformi mal-istess sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (C-181/23), billi neħħa mil-liġijiet tiegħu dawk l-aspetti li ma kinux konformi. Dan filwaqt li twaqqaf u tneħħiet kull referenza lejn il-programm ta’ Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali, it-transazzjoni u anke l-aġenti tal-programm.

2. L-emendi jsaħħu l-liġijiet preżenti marbuta ma’ ċittadinanza bil-mertu. L-emendi qed isiru wkoll b’konsistenza mal-Viżjoni Malta 2050, bl-enfasi hi wkoll fuq il-bżonn ta’ valur miżjud u l-ħolqien tax-xogħol.

3. Iżommu sod mal-prinċipju li l-għoti taċ-ċittadinanza hija kompetenza nazzjonali, liema prinċipju l-Gvern Malti argumenta dejjem favurih u kien anke kkonfermat fis-sentenza C-181/23 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ April 2025.

F’media briefing fil-Parlament, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, spjega kif “wara konsultazzjoni wiesgħa u l-approvazzjoni tal-Kabinett, il-Gvern ressaq fil-Parlament emendi għall-Att Dwar iċ-Ċittadinanza. Malta ser tibqa’ żżomm id-dritt li tagħti ċ-ċittadinanza fl-interess tal-pajjiż, prinċipju li dejjem iġġilidna favurih u saħansitra kien ikkonfermat fl-istess sentenza tal-Qorti Ewropea. Filwaqt li qed insaħħu l-parti fil-liġi fejn pajjiż jagħti ċ-ċittadinanza bil-mertu, li mhix xi ħaġa ġdida, tneħħiet kull referenza lejn il-programm ta’ Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali, it-transazzjoni u anke l-aġenti tal-programm. Min jista’ jagħti servizz jew kontribut eċċezzjonali lil pajjiżna jista’ jressaq proposta li tiġi kkunsidrata bi proċess rigoruż, li jħares lejn il-valur miżjud li għandu bżonn pajjiżna b’rabta mal-Viżjoni Malta 2050 li qed nimmiraw għaliha.”

L-avukat Dr Andre Zerafa, minn Ganado Advocates, li kienu parti minn tim legali li ħadmu fuq l-emendi legali, spjega li l-emendi li qegħdin isiru jindirizzaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li ngħatat fid-29 ta’ April li għadda.

Id-dettalji tal-emendi flimkien mal-Att emendat dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188 li ser jiġi diskuss fil-Parlament qegħdin jiġu ppubblikati flimkien ma’ din l-istqarrija.

PR251293e.pdf

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Gvern jippubblika l-emendi għall-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Gvern jippubblika l-emendi għall-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Gvern jippubblika l-emendi għall-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Gvern jippubblika l-emendi għall-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow