Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU L-Istitut għall-Istudji Turistiċi jiftaħ it-tieni kampus fiċ-Ċina

pr251288
Date Icon 15/07/2025

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) inawgura t-tieni kampus fiċ-Ċina permezz ta’ sħubija strateġika mal-Kulleġġ tat-Turiżmu ta’ Zhengzhou.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg inawgura l-kampus ġdid tal-ITS nhar it-Tlieta filgħodu, bħala parti miż-żjara uffiċjali ta’ tlett ijiem li qed jagħmel fiċ-Ċina.

Il-kampus ġdid jinsab f’Zhengzhou, il-kapitali tal-provinċja ta’ Henan u waħda mid-disa’ bliet ċentrali nazzjonali taċ-Ċina. It-twaqqif tiegħu huwa żvilupp importanti fit-twettiq tal-Pjan Strateġiku tal-ITS 2020-2025, sabiex tintlaħaq il-viżjoni tal-kulleġġ li jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu bħala ċentru ta’ eċċellenza globali fl-edukazzjoni tat-turiżmu u l-ospitalità.

Il-Kampus tal-ITS f’Zhengzhou ser joffri kors ta’ tliet snin fuq bażi full-time, fit-tmexxija fit-Turiżmu u l-Ospitalità, li fil-bidu ser ikun qed jilqa’ 40 studenti fis-sena. Fi tmiem il-kors, l-istudenti jiksbu kwalifika doppja li tinkludi diploma vokazzjonali akkreditata mill-Ministeru Ċiniż u diploma ta’ Livell 5 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki (MQF), l-istess bħal ma’ toffri l-ITS fil-kampus ewlieni tagħha f’Malta.

Id-Deputat Prim Ministru Borg spjega li dan il-kampus ġdid qed isaħħaħ l-impenn lejn l-internalizzazzjoni tal-ITS, permezz ta’ sħubijiet ma’ istituzzjonijiet ewlenin bħall-Kulleġġ tat-Turiżmu ta’ Zhengzhou, li huwa rinomat għall-eċċellenza tiegħu fl-edukazzjoni vokazzjonali u għall-faċilitajiet tal-ogħla livell li għandu. “Iżda aktar minn hekk, jippermetti lill-ITS ikompli jsaħħaħ il-kwalità tal-edukazzjoni lill-istudenti kollha tiegħu kemm f’Malta kif ukoll fiċ-Ċina, billi jiżgura li dawn jibbenefikaw minn kurrikuli li jaqblu mal-ħtiġijiet tal-industrija li huma rikonoxxuti internazzjonalment,” żied jgħid id-Deputat Prim Ministru.

“Din il-kollaborazzjoni tfakkarna wkoll li l-kooperazzjoni bilaterali tmur lil hinn mid-diplomazija tradizzjonali. L-edukazzjoni mhijiex biss għodda għall-progress individwali, iżda sservi wkoll bħala pont bejn il-popli. Permezz ta’ inizjattivi ta’ skambju ta’ għarfien, qed nibnu s-sisien għal sħubijiet aktar fit-tul li jistgħu jgawdu minnhom l-istudenti, l-edukaturi kif ukoll l-industrija,” stqarr Dr Borg.

L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-ITS, Pierre Fenech, spjega li dan l-iżvilupp f’Zhengzhou isegwi s-suċċess tal-ewwel kampus tal-ITS fiċ-Ċina, li nfetaħ fl-2024 ġewwa l-Belt ta’ Shanghai, u li ser jilqa’ t-tieni grupp ta’ studenti f’Settembru li ġej. Sostna wkoll li “Il-kampus il-ġdid jirrifletti l-impenn ta’ Malta lejn l-eċċellenza edukattiva, u l-viżjoni proattiva tal-Istitut sabiex joħloq konnessjonijiet globali permezz ta’ taħriġ vokazzjonali li jilħaq l-istandards internazzjonali tal-industrija.” 

Wang Yanhong, is-Segretarju tal-Kumitat tal-Kulleġġ tat-Turiżmu ta’ Zhengzhou, tkellmet dwar il-koperazzjoni u l-ħbiberija bejn iż-żewġ istituzzjonijiet edukattivi. “Din hija opportunità sabiex nistabbilixxu kollaborazzjoni aktar mill-qrib fl-edukazzjoni tat-turiżmu – ejjew insalpaw fuq dan il-vjaġġ daqstant sabiħ għall-istudenti tagħna f’Zhengzhou u Malta,” temmet tgħid Yanhong.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU L-Istitut għall-Istudji Turistiċi jiftaħ it-tieni kampus fiċ-Ċina
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU L-Istitut għall-Istudji Turistiċi jiftaħ it-tieni kampus fiċ-Ċina
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU L-Istitut għall-Istudji Turistiċi jiftaħ it-tieni kampus fiċ-Ċina
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU L-Istitut għall-Istudji Turistiċi jiftaħ it-tieni kampus fiċ-Ċina
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow