Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jinfetaħ spazju pubbliku mill-proġett tal-Imsida Creek għal żmien il-festa

PR251282
Date Icon 14/07/2025

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett, fetaħ spazju ġdid bħala parti mill-proġett tal-Imsida Creek wara konsultazzjoni u qbil mar-residenti u għaqdiet tal-lokal. Dan l-ispazju, li qiegħed quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Imsida, jifforma parti minn dak li fil-futur ser tkun il-pjazza l-ġdida tal-Imsida u nfetaħ b'mod temporanju hekk kif fi tmiem il-ġimgħa, din il-lokalità tiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp. Diversi għaqdiet lokali qed jużaw dan l-ispazju għall-ewwel darba biex joħolqu attivitajiet għal familji u tfal, f’ambjent sigur. Ingħata wkoll spazju adegwat għall-attività tradizzjonali tal-Ġostra, li fil-futur se ssib il-post permanenti tagħha fil-proġett tal-Imsida Creek.

Il-Ministru Bonett segwa wkoll ix-xogħol fuq il-pont ġdid li nbena biex jgħaqqad in-naħa ta’ Ta’ Xbiex ma’ dik tal-Pietà. Taħt dan il-pont, għaddej xogħol fuq kanal ġdid li ser jgħin biex tiġi mmaniġġjata aħjar il-problema tal-għargħar li taħkem din iż-żona fil-maltemp.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett saħaq dwar l-importanza ta’ komunikazzjoni ċara u kontinwa dwar l-iżvilupp ta’ dan il-proġett, kemm mal-għaqdiet tal-lokal kif ukoll mar-residenti. “Wara li tkellimna mal-għaqdiet lokali, smajna x-xewqat tagħhom u assigurajna li jkollhom post xieraq fil-ħin, li fih ikunu jistgħu jiċċelebraw il-festa. Dan l-ispazju li ftaħna din il-ġimgħa, se jkompli jespandi fil-futur biex b’hekk il-Misidjani jkollhom pjazza ġdida kif jixirqilhom li sservi ta’ ċentru ħaj għall-komunità u żona mill-isbaħ fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu u jqattgħu l-ħin flimkien” temm jgħid il-Ministru Bonett.

Il-Ministru Bonett kien akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Steve Ellul.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow