Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Steve Agius jinħatar Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità

PR251280
Date Icon 14/07/2025

Steve Agius se jkun qed jassumi l-irwol ta' Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC). Din il-ħatra saret wara li Dr Renzo De Gabriele, li mexxa b'suċċess l-aġenzija sa mill-2019, inħatar bħala s-Segretarju Permanenti fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva. 

Steve Agius għandu esperjenza vasta f'diversi setturi tas-servizz pubbliku. Huwa serva bħala Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Identità, fejn mexxa b'ħila l-proċess ta' modernizzazzjoni u trasformazzjoni diġitali tal-istess aġenzija. Qabel dan, kien Chief Operating Officer fl-Isptar Mater Dei u mexxa l-programm nazzjonali tat-tilqim kontra l-COVID-19. Għandu wkoll esperjenza estensiva fl-informatika, l-analiżi tad-data u t-teħid ta' deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza, u għadu kemm temm dottorat fl-istess qasam. 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, irringrazzja lil Dr Renzo De Gabriele għas-snin ta' tmexxija b'viżjoni u b'riżultati konkreti fl-AACC u awgura suċċess lis-Sur Agius fl-irwol il-ġdid tiegħu.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Steve Agius jinħatar Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow