Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Nibnu fuq is-Suċċess: Jitnieda mill-ġdid il-Pathfinder Digital Scholarship wara għajnuna lil 16-il student postgraduate

pr251273
Date Icon 14/07/2025

Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, li matulha 16-il student irċevew fondi biex ikomplu l-istudji tagħhom f'livell ta' Masters u Dottorat f'oqsma kruċjali bħall-Intelliġenza Artifiċjali, is-Cybersecurity u Data Science, Pathfinder Digital Scholarship se terġa' titnieda għall-2025.

Din l-iskema hija amministrata mill-Malta Digital Innovation Authority (MDIA), u tappoġġa studenti Maltin biex jiksbu kwalifiċi postgraduate f'teknoloġiji ġodda b'impatt kbir fuq is-soċjetà u l-ekonomija. Għal din is-sena, l-allokazzjoni totali ta' fondi qed tiżdied għal €150,000. Dawn il-fondi se jintużaw biex jiġu ffinanzjati studji ta' livell Masters (MQF Livell 7) b'fondi sa €10,000, u studji ta' Dottorat (MQF Livell 8) sa €20,000.

Il-Pathfinder Digital Scholarship huwa mmirat lejn oqsma akkademiċi li huma direttament allinjati mal-prijoritajiet ekonomiċi u diġitali ta' Malta, fosthom l-Intelliġenza Artifiċjali, Digital Trust, Cybersecurity, Knowledege and Data Representation, Technology for Environmental Sustainability u ESG, kif ukoll oqsma innovattivi oħra.

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, qal, “Jekk irridu li Malta tibqa' tavvanza 'l quddiem, irridu ninvestu fin-nies tagħna llum. U dan hu eżattament dak li qed nagħmlu permezz ta' dawn il-boroż ta' studju. Qegħdin nagħtu lill-ġenerazzjoni żagħżugħa tagħna l-għodod meħtieġa biex jirnexxu f'dinja li qed tinbidel. Hekk kif inkomplu naħdmu biex nilħqu l-miri tal-Viżjoni Malta 2050, qegħdin nibnu riżorsa umana ppreparata, kapaċi u ambizzjuża. Hemm min jitkellem dwar il-bidla – aħna qegħdin inwassluha permezz ta' opportunitajiet konkreti u appoġġ veru għall-poplu tagħna".

Is-sena l-oħra, l-iskema kellha fond ta' €125,000 bħala parti mill-Istrateġija Nazzjonali ta' Malta dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, u appoġġat 13-il student f'livell ta' Master's u 3 studenti f'livell ta' PhD. Fid-dawl tad-domanda dejjem tikber u d-determinazzjoni ta' Malta li tiżviluppa talent lokali fis-setturi diġitali u teknoloġiċi, din is-sena l-Gvern żied l-allokazzjoni tal-fondi.

Il-Pathfinder Digital Scholarship għandu sehem kruċjali fl-istrateġija usa' tat-trasformazzjoni ekonomika tal-pajjiż, billi jpoġġi l-persuna fiċ-ċentru tal-iżvilupp nazzjonali. Din l-iskema tirrifletti l-impenn qawwi tal-Gvern lejn innovazzjoni diġitali, reżiljenza ekonomika u tkabbir sostenibbli mmexxi mill-prinċipji tal-ESG.

L-applikazzjonijiet jagħlqu fil-15 ta' Awwissu 2025 filwaqt li aktar informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà u l-applikazzjoni jinsabu fuq https://mdia.gov.mt/services/pathfinder-digital-scholarship/

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Nibnu fuq is-Suċċess: Jitnieda mill-ġdid il-Pathfinder Digital Scholarship wara għajnuna lil 16-il student postgraduate
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow