Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tinħareġ sejħa għall-interess għal soluzzjonijiet diġitali u innovattivi għat-trasport f’Malta

PR251270
Date Icon 12/07/2025

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett, nieda sejħa għall-interess (Expression of Interest) għal ideat u soluzzjonijiet diġitali innovattivi biex titjieb il-ġestjoni tat-trasport f’Malta. Din l-inizjattiva, li tifforma parti mill-inizjattiva Reshaping our Mobility, u għalhekk hija miżura oħra mwettqa minn dan il-pjan, isejjaħ għal individwi, kumpaniji u akkademiċi li għandhom ideat innovattivi biex jipproponu soluzzjonijiet diġitali għall-immaniġġjar tat-trasport.

Din is-sejħa ġiet imħabbra waqt żjara fil-faċilitajiet ta’ World Pro Racing, fejn qed jintużaw renders ta’ postijiet u toroq Maltin zviluppati minn simtech.dev fuq simulators avvanzati. Din it-teknoloġija għandha applikazzjonijiet diversi bħal skopijiet edukattivi u ta’ taħriġ, kif ukoll għall-promozzjoni ta’ sewqan aktar sigur.

Il-Ministru Chris Bonett spjega kif proġetti ta’ persuni individwali u akkademiċi jistgħu jibbenefikaw minn massimu ta’ €20,000 filwaqt li Startups, SMEs u kumpaniji jistgħu jgawdu sa €50,000 għal kull proġett. Huwa ħeġġeġ lil dawk kollha li għandhom ideat oriġinali dwar kif jistgħu jagħmlu l-ħajja aktar faċli lin-nies bħal pereżempju kif in-nies isibu parkeġġ jew Traffic Management Systems, biex japplikaw għal dan il-fond. 

“Nappella lil dawk kollha li għandhom proġetti interessanti, speċjalment iż-żgħażagħ biex japplikaw għal dan il-fond. Il-Gvern lest jinvesti ma’ dawn il-kumpaniji u individwi biex permezz tad-diġitalizzazzjoni, intejbu l-mod ta’ kif nivvjaġġaw fit-toroq tagħna,” temm jgħid il-Ministru Bonett.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta Kurt Farrugia saħaq li dan il-fond allokat mhijiex sejħa ordinarja iżda hija sfida nazzjonali biex jiġu attirati l-aqwa mħuħ kreattivi u teknoloġiċi f’pajjiżna. “Fi żminijiet fejn ta’ kuljum qiegħda tiżdied id-dipendenza fuq l-intelliġenza artifiċjali u s-soluzzjonijiet diġitali, qegħdin niftħu l-bibien tagħna għal opportunitajiet li jistgħu jtejbu l-mod kif Malta taħseb u timxi fil-qasam tal-mobbiltà. Transport Malta tinsab impenjata li toffri pjattaforma konkreta lil dawk li għandhom l-ideat, biex flimkien nibnu sistema ta’ trasport li tkun aktar effiċjenti, sostenibbli u xprunata mill-innovazzjoni,” ikkonkluda s-Sur Farrugia.

Fost l-ideat li jistgħu jiġu sottomessi hemm soluzzjonijiet intelliġenti għall-parkeġġ, skemi ta’ mobbilità sostenibbli inkluż carpooling, żviluppar ta’ applikazzjonijiet u pjattaformi diġitali biex jintegraw mezzi ta’ trasport differenti, teknoloġija għas-sigurtà fit-toroq u soluzzjonijiet għal konnettività aħjar.  

Minbarra l-finanzjament, il-proġetti u l-applikanti li se jiġu magħżula se jirċievu mentoring, aċċess għal data u infrastruttura, kif ukoll opportunitajiet biex jittestjaw is-soluzzjonijiet tagħhom f’ambjenti reali. Għal aktar informazzjoni, żur is-sit https://www.transport.gov.mt/news/call-for-innovative-and-digital-transport-solutions-7370. Il-proposti għandhom jintbagħtu sat-30 ta’ Settembru 2025 fuq innovate.tm@transport.gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tinħareġ sejħa għall-interess għal soluzzjonijiet diġitali u innovattivi għat-trasport f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tinħareġ sejħa għall-interess għal soluzzjonijiet diġitali u innovattivi għat-trasport f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tinħareġ sejħa għall-interess għal soluzzjonijiet diġitali u innovattivi għat-trasport f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow