AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
pr251268
11/07/2025
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, li wara ilment li rċieva mingħand konsumatur u wara li saru l-investigazzjonijiet neċessarji, inkluż it-teħid ta' diversi kampjuni, l-imsemmi prodott ma għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta' addittiv ta' l-ikel (Kulur E110 – Sunset Yellow).
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Carbonated Soft Drink |
| Isem tal-prodott: | Fanta Orange |
| Production Date: | F 26.12.24 |
| Data tad-durabilita`: | E 25.12.25 |
| Lott: | 241226R7 |
| Piż: | 33cl |
| Origini: | Alġerija |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq numru tat-telefown – 22924885/6/7 mis-7:30 ta' filgħodu sat-3:00 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq: fsc.mafa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN