Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Laqgħa dwar is-Sejħa tal-2026 għall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku – Il-Ministru jilqa’ lid-Direttur ta’ SG REFORM, Judit Rózsa

PR251258
Date Icon 10/07/2025

Bħala parti mit-tnedija nazzjonali tas-Sejħa tal-2026 taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) tal-Kummissjoni Ewropea, il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, flimkien mas-Segretarju Permanenti, Jonathan Vassallo, laqgħu fil-binja tal-Ministeru lid-Direttur tat-Task Force għar-Riformi u għall-Investiment (SG REFORM) tal-Kummissjoni Ewropea, Judit Rózsa, u l-uffiċjal responsabbli għal Malta, Christoph Klockenbring.

Il-laqgħa saret bħala parti mid-djalogu bilaterali bejn SG REFORM u diversi ministeri ewlenin, bl-għan li jiġu identifikati oqsma ta’ prijorità għal għajnuna teknika mfassla apposta. Is-sejħa ta’ din is-sena qed tagħti prijorità lir-riformi marbuta mar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż tal-2025 (CSRs) li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi esprima l-apprezzament tiegħu għall-kollaborazzjoni kontinwa ma’ dan it-Task Force, u saħaq fuq il-valur ta’ dan is-sapport fil-proċess ta’ riformi f’pajjiżna. “Napprezza ferm il-kollaborazzjoni kontinwa bejn Malta u SG REFORM, partikolarment fil-kuntest tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku li għandu rwol essenzjali biex isostni l-isforzi tar-riforma tagħna.”

Matul il-laqgħa ġew diskussi opportunitajiet ta’ koperazzjoni taħt is-sejħa tal-2026, b’enfasi fuq l-amministrazzjoni pubblika, it-trasformazzjoni diġitali u s-sostenibbiltà fiskali. Id-Direttur Rózsa rrikonoxxiet l-impenn ta’ Malta u affermat mill-ġdid ir-rieda ta’ SG REFORM li tassisti fil-ħolqien ta’ proġetti ta’ riforma effettivi, li jkunu allinjati mal-prijoritajiet nazzjonali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Laqgħa dwar is-Sejħa tal-2026 għall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku – Il-Ministru jilqa’ lid-Direttur ta’ SG REFORM, Judit Rózsa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow