Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI 113-il avukat ġodda jingħataw il-warrant

PR251256
Date Icon 10/07/2025

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard ippreżenta l-warrants lil 113-il avukat ġodda, li bdew il-vjaġġ tagħhom fil-professjoni legali wara snin ta’ studju, dedikazzjoni u sagrifiċċji.

Il-Ministru Attard saħaq fuq l-importanza ta’ dan il-mument bħala bidu ta’ kapitlu ġdid f’ħajja professjonali tagħhom. Huwa qal li, “Illum qed niċċelebraw mhux biss suċċess akkademiku, imma wkoll impenn lejn il-valuri fundamentali tal-ġustizzja, ir-responsabbiltà u l-etika.”

Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru fakkar lill-avukati ġodda fil-missjoni importanti li għandhom mhux biss bħala difensuri tal-ġustizzja, iżda bħala sors ta’ gwida u għajnuna f’mumenti delikati fil-ħajja ta’ nies oħra.

Il-Ministru tenna li l-Gvern se jibqa’ kommess li jsaħħaħ is-settur legali b’riformi leġiżlattivi, amministrattivi u infrastrutturali. Semma diversi riformi mwettqa u  oħrajn fil-proċeduri kriminali, il-Qrati tal-Familja u l-iżvilupp ta’ Qorti Kummerċjali ġdida, li għaddejja ħidma dwarhom. 

“Dan kollu biex niżguraw li l-ġustizzja tkun aktar effiċjenti, moderna u fil-qalba tal-bżonnijiet taċ-ċittadin,” żied jgħid Dr Attard.

Huwa rrefera għall-konferenza tal-Kummissjoni ta’ Venezja li saret f’Londra, fejn Malta kienet rikonoxxuta għall-impenn konkret tagħha biex tissaħħaħ is-Saltna tad-Dritt. Huwa tenna li dawn ir-riformi m’għandhomx jitqiesu biss bħala obbligu legali, iżda għandhom jiġu meqjusa bħala impenn soċjali. F’dan il-kuntest, ir-riformi u l-iżvilupp kostituzzjonali mhumiex avveniment ta’ darba, iżda proċess kontinwu li jitlob riflessjoni, determinazzjoni u adattament kostanti għaż-żminijiet li qed ngħixu fihom.

Bħala appell finali, il-Ministru Attard ħeġġeġ lill-avukati l-ġodda biex iħarsu lejn il-professjoni tagħhom bħala vokazzjoni ta’ servizz lejn is-soċjetà. “Il-ġurament tagħkom mhux formalità, iżda wegħda li kull deċiżjoni tagħkom tkun imsejsa fuq il-verità u l-ġustizzja.”

Iċ-ċerimonja kienet indirizzata wkoll mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u mill-President tal-Kamra tal-Avukati Dr Peter Fenech. Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll l-Avukat tal-Istat Dr Chris Soler u rappreżentanti tal-Kumitat tal-Avukati u Prokuraturi Legali.

Fi tmiem iċ-ċerimonja, il-Ministru esprima l-apprezzament tiegħu lejn l-edukaturi, l-istituzzjonijiet u l-familji li appoġġjaw lill-avukati fil-vjaġġ tagħhom, kif ukoll lill-entitajiet kollha li ħadmu sabiex din iċ-ċerimonja setgħet saret b’suċċess.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI 113-il avukat ġodda jingħataw il-warrant
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI 113-il avukat ġodda jingħataw il-warrant
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow