Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

PR251234
Date Icon 08/07/2025

Fir-riżultati tal-MATSEC SEC li ġejjin hemm bidla importanti ferm li hija parti mit-trasformazzjoni li qed issir fis-settur edukattiv. Minn dawn ir-riżultati li se jkunu ppubblikati mill-MATSEC, għall-ewwel darba ċ-ċertifikat tal-MATSEC tas-SEC se jidher b’mod ġdid.

Kull suġġett se jkun imfisser b’mod aktar ċar fuq tliet kolonni: il-marki tal-iSchool-Based Assessment (SBA); il-grad tal-eżami finali tas-SEC u t-tielet kolonna li se turi l-livell finali. L-iSchool-Based assessment għandu massimu ta’ 30 marka u jirrifletti l-ħidma tal-istudent fl-aħħar snin tal-perkors edukattiv tiegħu.

Il-marki li jġibu l-istudenti mill-SBA u mill-eżami tas-SEC jingħaddu flimkien u minn dawn joħroġ il-livell finali li jkunu laħqu l-istudenti – li tidher fit-tielet kolonna.

Dan it-tibdil huwa mmirat biex jagħti stampa aktar ċara tal-kisbiet tal-istudenti kemm fl-eżami, imma wkoll waqt il-perkors edukattiv tagħhom.

Din il-bidla tirrifletti l-impenn li qed isir permezz tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni, impenn sħiħ biex il-kurrikulu jkun trasformat permezz tal-parteċipazzjoni attiva tal-edukaturi, il-ġenituri, l-istudenti, u l-partijiet ikkonċernati, ħalli tkun żgurata sistema tal-edukazzjoni dinamika u inklużiva li ma teskludi lil ħadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow