Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Esperjenza ġdida għar-residenti fid-djar residenzjali tal-anzjani permezz tat-teknoloġija tar-Realtà Virtwali

pr251215
Date Icon 04/07/2025

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, żar id-Dar Residenzjali tal-Furjana fejn osserva mill-qrib kif residenti anzjani qed igawdu minn esperjenzi ġodda permezz tat-teknoloġija tar-Realtà Virtwali (VR) u Realtà Awmentata (AR), bħala parti minn proġett pilota introdott mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC).

Din l-inizjattiva kienet proposta li ħarġet waqt seminar dwar l-Innovazzjoni u l-Kreattività, u minn hemm l-AACC ħadet ħsieb li l-ħaddiema jingħataw it-taħriġ neċessarju biex it-teknoloġija tintuża b'mod sigur u adattat għar-residenti.

Is-segretarju parlamentari qal li dan il-proġett huwa eżempju ċar ta' kif l-anzjanità attiva tista' tkompli tiżviluppa b'għodod moderni li jagħmlu differenza reali fil-ħajja ta' kuljum. “It-teknoloġija mhux qed tissostitwixxi l-kuntatt uman, iżda qed tissaħħaħ bih. Dan hu pass ieħor biex noffru kura li tħares lejn il-persuna b'mod sħiħ," qal Dr Agius Galea.

Ir-residenti li ħadu sehem fl-ewwel sessjonijiet setgħu jesperjenzaw żjarat virtwali f'postijiet li għalihom għandhom rabta emozzjonali, fosthom il-Knisja Parrokkjali ta' Ħaż-Żabbar, il-belt ta' Venezja, u l-Vatikan. L-ewwel rispons kien wieħed pożittiv ħafna, u l-proġett issa għandu l-għan li jinfirex għal djar oħra madwar Malta.

Din l-inizjattiva tgħin biex tnaqqas l-iżolament soċjali, tistimula l-funzjoni konjittiva, u tappoġġa wkoll il-proċess ta' riabilitazzjoni. Kollha f'ambjent sigur, pjaċevoli u adattat għall-bżonnijiet tal-anzjani.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Esperjenza ġdida għar-residenti fid-djar residenzjali tal-anzjani permezz tat-teknoloġija tar-Realtà Virtwali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Esperjenza ġdida għar-residenti fid-djar residenzjali tal-anzjani permezz tat-teknoloġija tar-Realtà Virtwali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Esperjenza ġdida għar-residenti fid-djar residenzjali tal-anzjani permezz tat-teknoloġija tar-Realtà Virtwali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow