Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Titnieda l-ewwel edizzjoni ta’ Special Olympics Malta National Beach Games 2025

pr251207
Date Icon 03/07/2025

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 anniversarju mit-twaqqif tagħha, Special Olympics Malta se tkun qed torganizza l-ewwel edizzjoni tal-Special Olympics National Beach Games 2025, li se tittella’ nhar is-Sibt 5 ta’ Lulju 2025, fi Pretty Bay, Birżebbuġa, bejn id-09:00 u s-14:00.

Din iċ-ċelebrazzjoni nazzjonali ta’ inklużjoni ser tinkludi programm sportiv varjat b’attivitajiet sportivi fosthom beach soccer, għawm, ibburdjar, basketball, u Bocce.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal li, “l-isport għandu saħħa li jgħaqqad il-komunità tagħna u jagħti ċans lil kull persuna turi l-potenzjal tagħha, irrispettivament mill-isfidi li taffaċċja. Dan l-avveniment ta’ Special Olympics Malta huwa prova ta’ dan, fejn l-isport isir mezz ta’ tama, ħbiberija u inklużjoni. Bħala Gvern, nibqgħu kommessi li nkomplu ninvestu fis-settur sportiv u li nkomplu noħolqu iktar spazji u inizjattivi sportivi għal kulħadd.”

Min-naħa tagħha, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Julia Farrugia saħqet li dan l-avveniment juri l-impenn ta’ Special Olympics Malta favur sport li jilqa’ d-diversità. Fl-aħħar snin, il-Ministeru għall-Inklużjoni investa f’faċilitajiet aċċessibbli u programmi speċjalizzati bħall-Motor Activity Training Programme (MATP). Il-Gvern qed jiżgura li persuni b’diżabilità jingħataw l-istess opportunitajiet biex jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi b’dinjità u rispett madwar Malta kollha.

Dr Lydia Abela, il-President ta’ Special Olympics Malta, tenniet li “Il-missjoni ta’ Special Olympics Malta hi li noffru opportunitajiet diversi għax irridu nkomplu ninvestu bl-aqwa mod possibbli fl-iżvilupp ħolistiku tal-persuni b’diżabilità intellettwali permezz tal-isport.”

Dr Abela saħqet li għall-ewwel darba, waqt dan l-avveniment, grazzi għall-kollaborazzjoni ma’ Yachting Malta, il-Birżebbuġa Sailing Club u l-Malta Sailing Federation, l-atleti ta’ Special Olympics Malta se jkollhom l-opportunità li jesperjenzaw sport ġdid fl-ibburdjar.

Filwaqt li esprimiet l-apprezzament tagħha lejn is-sostenituri li b’mod kontinwu jgħinu lill-organizzazzjoni, il-President ta’ Special Olympics Malta appellat lill-pubbliku Malti u Għawdxi sabiex jattendi u joffri s-sostenn tiegħu lill-organizzazzjoni li qiegħda toffri servizz lil aktar minn 2,500 atleta f’dixxiplini sportivi differenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Titnieda l-ewwel edizzjoni ta’ Special Olympics Malta National Beach Games 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Titnieda l-ewwel edizzjoni ta’ Special Olympics Malta National Beach Games 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Titnieda l-ewwel edizzjoni ta’ Special Olympics Malta National Beach Games 2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow