Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Tintemm il-konsultazzjoni pubblika dwar l-Ewtanasja Volontarja Assistita u jissokta l-proċess konsultattiv

pr251205
Date Icon 03/07/2025

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg qalet li t-tmiem tal-konsultazzjoni pubbliku dwar l-Ewtanasja Volontarja Assistita mhuwiex it-tmiem tal-proċess konsultattiv u fil-jiem li ġejjin għandha laqgħat oħrajn skedati fosthom mal-imsieħba soċjali.

Hija rringrazzjat lill-pubbliku u lill-għaqdiet li għamlu s-sottomissjonijiet varji tagħhom kif ukoll lill-persuni li attendew il-laqgħat fil-komunità u qasmu l-esperjenzi tal-familjari tagħhom dwar dan is-suġġett li qajjem tant emozzjonijiet.

“Wara li smajna lil kulħadd bi qlub u mħuħ miftuħa, issa ser nibdew l-istadju ta’ evalwazzjoni tal-eluf ta’ sottomissjonijiet li saru fuq il-mertu tagħhom. L-ewwel impressjoni tiegħi hija li uħud mis-sottomissjonijiet qajmu punti tekniċi li jinħtieġu  riflessjoni serja anke biex jiġu rfinuti l-proposti li kien hemm fid-dokument tal-konsultazzjoni pubblika,” qalet Rebecca Buttigieg.

Is-Segretarju Parlamentari esprimiet sodisfazzjon li din il-konsultazzjoni pubblika ġabet ammont rekord ta’ sottomissjonijiet u qalet li dan kien eżerċizzju li jsaħħaħ id-demokrazija parteċipattiva. Hija qalet li l-gvern offra l-informazzjoni fattwali u  ħalla lil kulħadd fil-libertà li jesprimi l-opinjoni tiegħu anke jekk kien hemm mument li fihom x’uħud taw informazzjoni mhix korretta.

Dwar il-pass li jmiss, is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li dan għad irid ikun deċiż wara li jittieħed kont tas-sottomissjonijiet u proposti li saru tul it-tmien ġimgħat ta’ konsultazzjoni pubblika kif ukoll tal-laqgħat li kellha u ser ikollha fil-ġimghat li ġejjin qabel eventwalment jibda l-proċess leġiżlattiv.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Tintemm il-konsultazzjoni pubblika dwar l-Ewtanasja Volontarja Assistita u jissokta l-proċess konsultattiv
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow