Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Titnieda l-ewwel edizzjoni tas-Sustainable Development Action Awards

PR251200
Date Icon 02/07/2025

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli nediet l-ewwel edizzjoni tas-Sustainable Development Action Awards waqt konferenza nazzjonali dwar it-tieni rapport ta’ Malta dwar l-Implimentazzjoni tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tal-Nazzjonijiet Uniti, magħruf aħjar bħala Voluntary National Review (VNR). 

Matul din il-konferenza l-Ministru Miriam Dalli insistiet fuq l-importanza tal-involviment ta’ kulħadd fil-governanza dwar l-iżvilupp sostenibbli. “Dawn l-Awards huma rikonoxximent li l-iżvilupp sostenibbli huwa sforz kollettiv li jiddependi mill-impenn, u mill-kollaborazzjoni tal-individwi u tas-setturi kollha tas-soċjetà. Se jkunu qed jingħataw diversi premjijiet sabiex nirrikonoxxu proġetti u inizjattivi favur is-sostenibilità,” żiedet tgħid Dr Dalli.

Din il-konferenza ġabret flimkien uffiċjali pubbliċi, rappreżentanti mis-settur privat, akkademiċi kif ukoll għaqdiet volontarji, u serviet bħala pjattaforma għall-iskambju ta’ inizjattivi ta’ suċċess, sfidi u opportunitajiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-sbatax-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli. Dan l-avveniment kien strumentali sabiex ikompli jsaħħaħ l-impenn favur is-sostenibilità ta’ pajjiżna.

Min-naħa tagħha, Francine Pace Caruana, Direttur għall-Iżvilupp Sostenibbli, sostniet li, “il-proċess tal-VNR huwa opportunità għalina sabiex inkejlu l-progress u niddiskutu l-isfidi fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Il-VNR huwa għodda importanti biex jitħaddem proċess integrat ta’ gvern kollu u soċjetà sħiħa fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.” 

Malta se tippreżenta l-VNR fil-jiem li ġejjin ġewwa New York waqt il-Forum Politiku ta’ Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli. Permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, Malta saħħet il-ġbir u l-monitoraġġ tad-data mill-ewwel VNR, u dan wassal għal analiżi aktar komprensiva u preċiża tal-progress ta’ Malta fl-SDGs kollha.

Malta’s Sustainable Development Action Awards huma miftuħin għall-individwi, organizzazzjonijiet volontarji, ġurnalisti, żgħażagħ, skejjel, akkademiċi, istituzzjonijiet pubbliċi u negozji. L-applikazzjonijiet huma miftuħa sat-8 ta’ Awwissu. Aktar informazzjoni tinsab fuq sustainabledevelopment.gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Titnieda l-ewwel edizzjoni tas-Sustainable Development Action Awards
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Titnieda l-ewwel edizzjoni tas-Sustainable Development Action Awards
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Titnieda l-ewwel edizzjoni tas-Sustainable Development Action Awards
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow