STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Premju Nazzjonali għall-Appoġġ lin-Negozju 2025
Malta tinnomina żewġ inizjattivi għall-European Enterprise Promotion Awards; entità rċeviet in-National Honorary Mention Certificate
Dalgħodu saret ċerimonja tal-Premju Nazzjonali għall-Appoġġ lin-Negozji fejn ġew onorati entitajiet u inizjattivi li qed jagħtu kontribut sinifikanti lill-iżvilupp tan-negozji f’Malta.
Matul iċ-ċerimonja attenda l-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, fejn qal li matul dawn it-tnax-il sena, il-Gvern baqa’ kommess li jibqa’ jkun t’għajnuna lin-negozji, b’mod speċjali meta huma stess jaffaċċjaw sfidi. Spjega li r-regolamenti m’għandhomx ikomplu jżidu l-piż amministrattiv, iżda għandhom jiġu mfassla b’mod intelliġenti, bil-għan li titnaqqas il-burokrazija. “Flimkien man-negozji, bħala Gvern bnejna ekonomija b’saħħitha, ekonomija sostenibbli u ekonomija innovattiva,” qal il-Ministru Schembri.
Huwa qal li f’għaxar snin iż-żieda fl-ekonomija kibret sew, tant li minn €7 biljun, illum kibret għal €24 biljun. Dan jagħmilna f’pożizzjoni li pajjiżna jitla’ t-tarġa li jmiss b’aktar ambizzjoni, dan huwa rifless b’Viżjoni Malta 2050, b’miri speċifiċi li jridu jintlaħqu sal-2035.
Il-Kumitat ta’ Selezzjoni, għall-Premju Nazzjonali għall-Appoġġ lin-Negozji, għażel lis-Servizzi Ewropej f’Malta u Tech.mt Foundation li kisbu l-ogħla punti biex jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-European Enterprise Promotion Awards 2025, li se jsir f’Copenhagen, ġewwa d-Danimarka aktar tard din is-sena. Kif ukoll ġie mħabbar li l-Migrant Women Association irċeviet in-National Honorary Mention Certificate. Din is-sena l-iżvilupp fl-għadd ta’ applikanti jixhed it-tkabbir fl-attività ekonomika tal-pajjiż, b’żieda kostanti fil-produzzjoni sena wara oħra.
L-għaqdiet governattivi għażlu li jagħtu l-premju monetarju li rebħu lill-NGOs: Puttinu Cares Foundation, Equal Partners Foundation u l-Malta Society for the Protection and Care of Animals (MSPCA).
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN