AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
B’referenza għall-istqarrija għall-istampa numru PR251169, datata 30/06/2025 u skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq javża li wara li l-Ufficjali tas-Saħħa Ambjentali għamlu l-investigazzonijiet meħtieġa, l-irregolarità li ġiet identifikata fis-sistema tad-drenaġġ tal-latrina pubblika ġiet solvuta. Wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm fis-sit indikat hija mill-ġdid tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż biex ma jsirx għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.
| Kodiċi tas-sit: | A07 Fajtata |
| Lokalità: | Triq il-Qaliet, Marsaskala |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lid-Direttorat għas- Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal on https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN