Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Approvata b’mod unanimu Dikjarazzjoni mħejjija minn Malta dwar it-tisħiħ tal-protezzjoni tat-tfal mill-abbuż u l-isfruttament sesswali

pr251189
Date Icon 01/07/2025

Fl-okkażjoni tal-15-il sena anniversarju mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni Lanzarote, ġiet fi tmiemha l-ewwel Konferenza Ministerjali tal-Kunsill tal-Ewropa f’Malta għall-Ministri responsabbli għall-protezzjoni tat-tfal.

F’konferenza tal-aħbarijiet ġiet ikkomunikata Dikjarazzjoni politika dwar it-tisħiħ tal-protezzjoni tat-tfal mill-abbuż u l-isfruttament sesswali. Id-Dikjarazzjoni, imħejjija minn Malta b’konsultazzjoni mat-tfal, kienet approvata b’mod unanimu mill-Istati Partijiet għal din il-Konvenzjoni li pparteċipaw fil-Konferenza.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon stqarr li din il-laqgħa emfasizzat l-impenn tal-pajjiżi parteċipanti, kif ukoll irrikonoxxiet id-dmir morali u legali li għandhom biex jippromwovu azzjonijiet konkreti għall-prevenzjoni tal-abbuż u l-isfruttament sesswali tat-tfal, b’enfasi fuq l-isfidi li joħolqu l-ambjent diġitali u l-intelliġenza artifiċjali.

Din id-Dikjarazzjoni konġunta ser issaħħaħ l-istrutturi nazzjonali u leġiżlattivi, politiki u prattiċi oħra li jikkumplimentaw ir-rispons globali għall-isfruttament sesswali tat-tfal, l-abbuż sesswali u s-sigurtà onlajn.

Dan fi sfond fejn l-abbuż sesswali tat-tfal qiegħed dejjem aktar isir kriżi globali, fost l-oħrajn minħabba l-użu żbaljat tat-teknoloġija diġitali u l-effetti mill-gwerer u kunflitti armati.

“Qed insaħħu l-liġijiet biex ikunu effettivi kontra forom ġodda ta’ abbuż, qed nimponu rekwiżiti ta’ ‘safety-by-design’ fuq il-pjattaformi diġitali, u qed inżidu l-programmi edukattivi b’enfasi fuq il-prevenzjoni. Il-protezzjoni tat-tfal trid tkun mibnija fit-teknoloġija sa mill-bidu nett, u mmexxija mir-riċerka u osservazzjoni kontinwa ta’ riskji emerġenti,” stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Id-Dikjarazzjoni li ġiet adottata tinkludi diversi suġġerimenti u proposti li ġew magħmula mit-tfal stess. Dan jirrappreżenta pass importanti ’l quddiem lejn parteċipazzjoni reali u sinifikanti tat-tfal fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li jolqtuhom direttament. Tkellmet ukoll il-Kummissarju għat-Tfal, Antoinette Vassallo, li esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-mod li bih kien proġettat il-vuċi tat-tfal infushom. Fil-fatt, it-tfal kellhom rwol sinifikanti f’din il-konferenza għax tkellmu dwar l-isfidi tal-ambjent diġitali u l-ħtieġa għal aktar għarfien fost it-tfal, il-ġenituri u l-adulti fost affarijiet oħra – u għamlu stqarrija tagħhom stess li ġiet ippreżentata waqt il-Konferenza.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Approvata b’mod unanimu Dikjarazzjoni mħejjija minn Malta dwar it-tisħiħ tal-protezzjoni tat-tfal mill-abbuż u l-isfruttament sesswali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Approvata b’mod unanimu Dikjarazzjoni mħejjija minn Malta dwar it-tisħiħ tal-protezzjoni tat-tfal mill-abbuż u l-isfruttament sesswali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Approvata b’mod unanimu Dikjarazzjoni mħejjija minn Malta dwar it-tisħiħ tal-protezzjoni tat-tfal mill-abbuż u l-isfruttament sesswali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow