Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Bis-saħħa tal-Prim Ministru u l-Kabinett, tissewwa inġustizzja ma’ tliet studenti u lettur

pr251179
Date Icon 01/07/2025

Tliet studenti u lettur tal-Università ta' Malta li spiċċaw jaffaċċjaw akkużi kriminali wara li b'intenzjoni tajba żvelaw vulnerabbiltajiet tas-sigurtà f'app ingħataw il-maħfra Presidenzjali skont Aritkolu 93 tal-Kostituzzjonali ta' Malta.

Dan wara impenn politiku li għamel il-Prim Ministru Robert Abela u r-rakkomandazzjoni tal-Kabinett tal-Ministri biex dawn it-tliet żgħażagħ u l-lettur ma jaffaċċjawx iżjed akkużi fuq każ ta' ethical hacking.

Il-Prim Ministru kien sostna li din il-materja ma kelliex tiġi indirizzata biss mill-aspett legali iżda minn dak li hu ġust u sewwa fejn l-Istat għandu dejjem jieħu responsabbiltà meta jkun hemm meħtieġ aġġornament ta' liġijiet tal-pajjiż biex jirriflettu r-realtajiet teknoloġiċi.

B'hekk taħt impenn politiku, il-Gvern indirizza inġustizzja ma' dawn iż-żgħażagħ u lettur taħt prerogattiva li għandu l-Kabinett u l-proċeduri kriminali kontra l-individwi inkwistjoni intemmu fl-intier tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow