Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Titnieda l-Work Trial Scheme for Youths għas-sajf 2025

pr251155
Date Icon 27/06/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri nieda l-iskema Work Trial Scheme for Youths, bil-għan li l-istudenti u ż-żgħażagħ Għawdxin ikollhom opportunità biex jiksbu esperjenza diretta fid-dinja tax-xogħol matul ix-xhur tas-sajf.

Din l-iskema hija intiża speċifikament għal studenti u żgħażagħ Għawdxin bejn is-16 u l-20 sena, u tippermettilhom jagħmlu esperjenza ta' xogħol ma' entitajiet privati u organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs). Dan mhux biss jgħinhom jiżviluppaw ħiliet prattiċi, iżda jgħinhom ukoll jagħmlu għażliet aktar infurmati dwar il-karriera tagħhom fil-futur.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr, “Aħna nemmnu bis-sħiħ fiż-żgħażagħ Għawdxin u f'dak kollu li huma kapaċi jagħmlu. B'din l-iskema rridu noffru l-ewwel esperjenza tax-xogħol f'ambjent sigur, fejn iż-żgħażagħ jistgħu jiskopru l-potenzjal tagħhom, jitgħallmu u jsaħħu l-ħiliet tagħhom. Huwa permezz ta' inizjattivi bħal din li nkomplu nsaħħu l-pedamenti ta' futur aħjar għall-ġenerazzjoni li ġejja. Għalhekk inħeġġeġ liż-żgħażagħ kollha japprofittaw minn din l-opportunità."

Din l-iskema bdiet seba' snin ilu, u matul is-snin kompliet titjieb wara li l-Ministeru sema' s-suġġerimenti taż-żgħażagħ li pparteċipaw u l-entitajiet li ospitawhom.

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li se jibqa' kommess li jtejjeb kontinwament din l-inizjattiva sabiex tibqa' relevanti u ta' benefiċċju għaż-żgħażagħ.

Dawk li jipparteċipaw fl-iskema se jingħataw €115 fil-ġimgħa, għal massimu ta' ħames ġimgħat, b'total sa massimu ta' €575.

L-iskema tibda t-Tnejn, 4 ta' Awwissu u tintemm il-Ġimgħa, 5 ta' Settembru 2025.

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi online bejn it-Tnejn, 30 ta' Ġunju, u l-Ġimgħa, 4 ta' Lulju sa nofsinhar. L-applikazzjoni tista' tinkiseb mill-website uffiċjali tal-Ministeru: www.gozo.gov.mt

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Titnieda l-Work Trial Scheme for Youths għas-sajf 2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow