STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
pr251149
26/06/2025
Il-Presidenza ssellem il-memorja ta' Michael Seychell, li matul il-karriera pubblika tiegħu dejjem serva l-kawżi li kien jemmen fihom b'konvinzjoni u impenn.
F'dak li jolqot lill-ħaddiem, Michael Seychell kien fuq quddiem fil-qasam tredunjonistiku, u f'karigi pubbliċi u amministrattivi li okkupa, inkluż bħala kunsillier lokali, dejjem spikkat id-dedikazzjoni tiegħu.
Il-Presidenza twassal il-kondoljanzi lill-familja tiegħu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN