Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-Prospett tat-Tagħlim tul il-Ħajja għas-sena akkademika 2025-2026 b’ aktar minn 400 kors

PR251148
Date Icon 26/06/2025

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima uffiċjalment nieda l-Prospett tat-Tagħlim tul il-Ħajja tal-korsijiet li se jiġu offruti matul is-sena akkademika 2025/2026, b' aktar minn 400 kors għaż-żgħażagħ minn ħmistax-il sena 'l fuq u l-adulti.

Id-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà qed jintroduċi programm wiesa' ta' tagħlim li fih aktar minn 400 kors f'100 suġġett differenti. Din it-tnedija hija parti mit-twettiq tal-Istrateġija Nazzjonali għat-Tagħlim tul il-Ħajja 2023-2030, li għandha l-għan li tibni soċjetà infurmata, reżiljenti u b'aktar ħiliet. Dan huwa wkoll parti mill-ħidma fl-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030.

“Fejn jidħol it-Tagħlim Tul il-Ħajja, għal darb'oħra qed nenfasizzaw it-tliet pilastri ta' importanza massima: li jkunu mtejba l-opportunitajiet edukattivi għal dawk li jeħtieġu li jtejbu l-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom; li jkunu diversifikati kemm il-metodi kif ukoll l-opportunitajiet għat-tagħlim u l-kwalità", qal il-Ministru Clifton Grima waqt it-tnedija tal-prospett.

Aspett ewlieni tal-prospett il-ġdid huwa l-flessibbiltà, li joffri varjetà ta' metodi ta' tagħlim li jaqdu stili ta' ħajja u bżonnijiet differenti. L-istudenti jistgħu jagħżlu minn klassijiet tradizzjonali wiċċ imb wiċċ, lezzjonijiet online diretti, jew korsijiet mhux sinkroniċi li l-istudenti jsegwu bil-pass tagħhom, fil-ħin konvenjenti tagħhom. Il-ħaddiema li jaħdmu bix-xift jistgħu jibbenefikaw minn metodu ta' tagħlim partikolari b'taħlita ta' sessjonijiet online diretti u rrekordjati.

Il-prospett joffri firxa ta' korsijiet ġodda u innovattivi f'diversi kategoriji. Iż-żidiet il-ġodda għas-sena li ġejja jinkludu diversi suġġetti tax-xjenza, teknoloġija diġitali u intraprenditorija. Il-kategorija tal-arti kreattiva twessgħet biex tinkludi korsijiet uniċi bħar-Rakkmu tad-Deheb, l-Arkett u l-Interzjar. Għal dawk interessati fl-istudji umanistiċi, il-korsijiet il-ġodda jinkludu Ħiliet għal Ġenituri, korsijiet ta' nutrizzjoni, u s-Soċjoloġija. Dawk li jixtiequ jitgħallmu l-lingwi jistgħu jibbenefikaw minn programmi ġodda ta' konverżazzjoni bil-Franċiż, il-Ġermaniż u t-Taljan, livelli ogħla ta' tagħlim fl-Għarbi, il-Franċiż, il-Grieg u t-Tork, kif ukoll minn kors speċjalizzat fl-Ingliż tan-Negozju.

Biex jiġi żgurat li l-istudenti jibbenifikaw mil-livell ta' tagħlim xieraq għalihom, ġew introdotti proċeduri ta' verifika tal-livell għall-korsijiet tal-lingwi, il-Matematika u l-Accounting.

Il-korsijiet huma aċċessibbli għal kull min għandu 15-il sena jew aktar u jgħix f'Malta. Biex jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd, l-anzjani ta' 60 sena jew aktar huma intitolati għal kors wieħed b'xejn fis-sena. Hemm ukoll eżenzjonijiet mill-ħlas għal dawk li jirċievu benefiċċji soċjali u dawk li għandhom il-Karta tad-Diżabilità.

It-tagħlim jinsab eqreb lejn il-komunità permezz taċ-ċentri għat-Tagħlim tul il-Ħajja fl-Imsida, l-Imrieħel, Blata l-Bajda, il-Mosta u r-Rabat (Għawdex), kif ukoll permezz ta' kollaborazzjoni ma' diversi kunsilli lokali u parroċċi madwar Malta u Għawdex. Qed jiġi introdott ukoll ċentru ġdid għat-tagħlim tal-adulti f'Ħal Kirkop.

L-applikazzjonijiet huma miftuħa mill-1 ta' Lulju sat-8 ta' Awwissu. L-istudenti prospettivi jistgħu japplikaw online fuq www.lifelonglearning.gov.mt jew personalment fiċ-ċentri tas-Servizz.gov jew fil-kunsill lokali tagħhom. L-applikazzjonijiet għall-korsijiet flessibbli b'ritmu individwali jibqgħu miftuħa sat-13 ta' Marzu, 2026.

Is-suċċess u l-popolarità dejjem tikber ta' dawn il-korsijiet huma evidenti, b'aktar minn 10,000 applikant jipparteċipaw fl-aħħar sena akkademika biss. Bil-missjoni li npoġġu lill-istudent fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna, id-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja iħeġġeġ lil kulħadd biex ikompli l-vjaġġ edukattiv tiegħu. Is-Servizz ta' Gwida u Appoġġ qiegħed hemm sabiex jgħin lil persuni li ilhom ma jattendu kors jew li mhumiex ċerti liema kors l-aktar li jgħodd għalihom.

Għal aktar informazzjoni, żur www.lifelonglearning.gov.mt, ċempel lil Servizz.gov fuq 153 estensjoni 14 jew ibgħat email fuq servizz@gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-Prospett tat-Tagħlim tul il-Ħajja għas-sena akkademika 2025-2026 b’ aktar minn 400 kors
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-Prospett tat-Tagħlim tul il-Ħajja għas-sena akkademika 2025-2026 b’ aktar minn 400 kors
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow