Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela b’messaġġ b’saħħtu favur l-aċċess ugwali fil-qasam mediċinali meta indirizza l-GAVI Summit fi Brussell

pr251143
Date Icon 26/06/2025

Malta żammet l-impenn finanzjarju tagħha lejn GAVI, alleanza li taħdem favur it-tilqim li jsalva l-ħajjiet b'mod partikolari t-tfal u persuni vulnerabbli. Fil-GAVI Summit li tlaqqa' fi Brussell bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u l-Fondazzjoni Gates, il-Prim Ministru Robert Abela fisser il-pandemija tal-Covid-19 bħala eżempju li wassalna biex bħala Ewropa nikkoperaw flimkien biex ġew salvati bosta ħajjiet mill-imxija tal-Covid-19.

Meta indirizza s-Summit mal-Mexxejja Ewropej, il-Prim Ministru Malti saħaq li pajjiżna dejjem jaċċenna favur aċċess ugwali għas-servizz tas-saħħa u l-aċċess għall-mediċini, irrispettivament fejn jgħixu n-nies. Qal li fi żmien ta' sfidi ġeo-politiċi li jġibu inċertezza, l-inugwaljanza fejn jidħol l-aċċess mediċinali jikber u allura l-missjoni ta' GAVI hija bil-wisq aktar importanti.

Il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif il-missjoni ta' GAVI ssalva miljuni ta' tfal b'tilqim kontra ċertu mard u qal li bħala komunità internazzjonali rridu nagħmlu sforz kollettiv biex nikkumplimentaw din il-ħidma kruċjali. Qal li b'koperazzjoni flimkien jista' jkollna soċjetajiet aktar b'saħħithom, sistemi aktar reżiljenti u pajjiżi mħejjija aħjar għal eventwalitajiet differenti. Sostna li s-settur privat fil-qasam tal-farmaċewtika wkoll għandu rwol iżda jridu jkunu wkoll il-Gvernijiet tal-pajjiżi li jagħtu l-appoġġ biex ħidmet il-GAVI tkompli tkun effettiva. L-indirizz tal-Prim Ministru Robert Abela fis-Summit intemm b'messaġġ ċar favur is-solidarjetà biex nassiguraw li l-ebda persuna ma titħalla taqa' lura.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela b’messaġġ b’saħħtu favur l-aċċess ugwali fil-qasam mediċinali meta indirizza l-GAVI Summit fi Brussell
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela b’messaġġ b’saħħtu favur l-aċċess ugwali fil-qasam mediċinali meta indirizza l-GAVI Summit fi Brussell
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow