Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Malta tagħmel avvanzi sinifikanti fl-indiċi tal-iżvilupp sostenibbli

pr251128
Date Icon 24/06/2025

Rapport ġdid tan-Nazzjonijiet Magħquda jqiegħed lil Malta fl-24 post fost 167 pajjiż

Malta avvanzat bi 12-il post sabiex issa tinsab fl-24 post minn fost 167 pajjiż fir-Rapport dwar l-Iżvilupp Sostenibbli 2025. Dan ir-rapport inħareġ mis-Sustainable Development Solutions Network (SDSN) tan-Nazzjonijiet Maqgħuda b'punteġġ ta' 79.3%.

Ir-rapport internazzjonali jimmarka titjib sostanzjali mir-rapport tal-2024, fejn Malta kienet fis-36 post.

“Huwa ta' sodisfazzjoni naraw l-isforz kollettiv li qed isir bħala Gvern iwassal għal riżultati tanġibbli, rikonoxxuti internazzjonalment. Dan ifisser li x-xogħol li qed nagħmlu u l-isforzi li qed ninvestu fihom qed iħallu l-frott u jikkonferma l-impenn tagħna favur żvilupp sostenibbli li jwassal għal kwalità ta' ħajja aħjar għaċ-ċittadini," saħqet il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, Miriam Dalli.

Il-klima, in-nuqqas ta' riżorsi naturali u l-insularità ta' Malta bħala gżira joħolqu sfidi speċifiċi u kontinwi, li jagħmlu lill-pajjiż aktar vulnerabbli għal fatturi esterni. Madanakollu, il-Gvern kompla jinvesti sabiex in-nies igawdu minn kontijiet tal-enerġija stabbli filwaqt li jiżdied l-investiment fl-enerġija rinovabbli; investiment kontinwu fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku sabiex il-pajjiż jilqa' għaż-żieda fit-temperaturi; u investimenti fil-qasam tal-ilma sabiex illum Malta għandha l-aqwa kwalità tal-ilma mifrux mal-pajjiż kollu. Fil-qasam tal-iskart, investimenti fl-immaniġġjar tal-iskart qed iwassal biex pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem fl-ekonomija ċirkolari, fejn l-iskart jitqies bħala riżorsa.

“Impenjati li nibqgħu nindirizzaw dawn l-isfidi sabiex nilħqu l-għanijiet li Malta għandha quddiemha bħala membru tan-Nazzjonijiet Magħquda. Se nagħmlu dan b'policies kontinwi u inizjattivi konġunti bejn id-diversi ministeri u entitajiet," spjegat il-Ministru Dalli.

Min-naħa tagħha, id-Direttur tad-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli, Francine Pace Caruana, spjegat kif Malta tinsab ftit ġimgħat 'il bogħod biex tippreżenta t-tieni Voluntary National Review (VNR) dwar l-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli, matul il-High Level Political Forum tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York.

“Dan ir-rapport ġie żviluppat bil-kontribut tal-ministeri u l-entitajiet kollha, is-soċjetà ċivili, is-settur privati, l-akkademja u ċ-ċittadini. Iffukajna fuq il-progress miksub, filwaqt li identifikajna dawk l-oqsma li se nkomplu nagħfsu fuqhom sabiex naraw aktar titjieb fl-oqsma soċjali, ekonomiċi u ambjentali," spjegat Pace Caruana.

Dan ir-riżultat pożittiv jikkoinċidi ma' stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li kkonferma żieda kontinwa fl-użu tal-enerġija rinovabbli f'pajjiżna. Meta mqabbla mal-2023, il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn pannelli fotovoltajċi żdiedet bʼ5.8% fl-2024.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow