Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

PR251116
Date Icon 22/06/2025

Skont id-Direttiva dwar l-Ilmijiet għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li, bħala prekawzjoni, l-għawm mhux irrakkomandat fil-Bajja ta’ Xlendi. Wara x-xita tal-20 ta’ Ġunju 2025, l-ilma tal-wied tax-Xlendi li nġarr mir-Rabat u numru ta’ lokalitajiet oħra miċ-ċentru t’Għawdex l-isfel (runoff), ġabar miegħu ħamrija u depożiti mill-wied, li  baqgħu neżlin fil-baħar. Il-kwalità tal-ilma għall-għawm tista’ tkun affettwata, u għaldaqstant tista’ tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema. L-Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali (EHOs) qed jieħdu kampjuni mill-erba’ punti ta’ monitoraġġ fix-Xlendi sabiex jivverifikaw jekk il-kwalità tal-ilma kinitx affettwata. F’dan l-istadju, ma jistax jiġi mbassar kemm se jdum dan l-avviż.

Kodiċi tas-sit:D04, D05, D06 & D07
LokalitàIl Bajja ta' Xlendi, Xlendi.



Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lid-Direttorat għas- Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt.  Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal fuq https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow