Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Jitnieda l-programm ta’ Summer in Gozo – aktar minn 130 attività kulturali

PR251107
Date Icon 20/06/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri nieda l-programm Summer in Gozo li jinkludi kalendarju kulturali estensiv, mifrux fuq 13-il ġimgħa, minn Lulju sa Settembru, b’diversi attivitajiet madwar Għawdex kollu.

Ikkordinat mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, dan il-programm intensiv jinkludi aktar minn 130 attività kulturali li jvarjaw minn dawk artistiċi, dawk kulturali u festivals tematiċi.

Il-Ministru Clint Camilleri qal li s-settur turistiku f’Għawdex qed ikompli jgawdi minn tkabbir sostanzjali b’mod partikolari fix-shoulder months u xhieda ta’ dan huma l-aħħar ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. “L-ewwel kwart tas-sena, Għawdex esperjenza tkabbir notevoli fejn tul l-ewwel tliet xhur tas-sena, għall-ewwel darba qbiżna ċ-ċifra ta’ aktar minn 50,000 bed night f’Għawdex. Komplejna naħdmu u rnexxielna nżidu sew it-turiżmu fix-xhur l-aktar kwieti, filwaqt li żammejna s-sajf stabbli.” 

Huwa sostna li l-Ministeru jibqa’ impenjat li jsaħħaħ l-identità ta’ Għawdex bħala destinazzjoni li tgħaqqad id-divertiment mal-awtentiċità permezz ta’ avvenimenti ta’ kwalità għolja li jirrispettaw l-ambjent, jappoġġjaw l-ekonomija u jsaħħu r-rabtiet tal-komunità.

“Ninsab konvint mill-istrateġija li qed nadottaw, li qed tagħti l-frott għax qed inħarsu aktar lejn turiżmu ta’ kwalità u għalhekk qed nagħtu lill-viżitaturi tagħna valur miżjud permezz ta’ dan il-programm kulturali mżewwaq li qed nippreżentaw,” temm jgħid il-Ministru Clint Camilleri.

Il-programm Summer in Gozo jinsab kemm fuq il-website https://eventsingozo.com/ kif ukoll fuq l-app eventsingozo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Jitnieda l-programm ta’ Summer in Gozo – aktar minn 130 attività kulturali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Jitnieda l-programm ta’ Summer in Gozo – aktar minn 130 attività kulturali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow