STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI
Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u s-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali juru diżappunt għall-kritika inġusta li qed issir mill-Partit Nazzjonalista fuq il-persuna tad-Direttur Ġenerali responsabbli mill-Gvern Lokali Emile Vassallo u konsegwentement anke fuq il-ħaddiema tiegħu.
Irid jiġi mistqarr mill-ġdid li l-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista diġà kienu allegaw li d-Direttur Ġenerali “baqa' jirrifjuta" stedina minn NET News biex jitkellem, proprju meta kienu jafu li din l-istedina qatt ma kienet saret.
Jidher li l-unika ħtija tad-Direttur Ġenerali hija li laqa' stedina biex jagħti informazzjoni dwar il-proċedura tal-għażla ta' sindku fuq programm partikolari fuq l-istazzjon ONE li matulu ngħatat biss informazzjoni teknika dwar is-suġġett.
Kuntrarjament għall-impressjoni li ngħatat, id-Direttur Ġenerali f'dak il-programm m'għamel l-ebda referenza għall-Għargħur waqt l-intervent qasir tiegħu.
Il-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari jieħdu l-opportunità li jirringrazzjaw lis-Sur Vassallo u l-ħaddiema kollha tiegħu fi ħdan id-Direttorat għall-Gvern Lokali u jappella biex jibqa' jintwera rispett lejn dan l-uffiċċju li jagħmel ġid kbir lis-settur kollu tal-Gvern Lokali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN