Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: F’Malta jittellgħu żewġ avvenimenti tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa

PR251076
Date Icon 18/06/2025

“Il-Gvern Malti impenjat li jkompli jinvesti f’aktar miżuri sabiex inkomplu negħlbu l-ostakli li fadal sabiex aktar nisa jkunu attivi fil-qasam politiku.” Dan qalitu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli meta kienet qed tindirizza diskussjoni dwar in-nisa fil-politika li kienet waħda minn żewġ avvenimenti ewlenin li ttellgħu f’pajjiżna bħala parti mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ewropa. 

F’Malta, id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali laqgħet rappreżentanti mill-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa għal diskussjoni dwar in-nisa fil-politika kif ukoll għal konferenza dwar l-aspett ta’ livelli differenti ta’ governanza. 

Il-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali għandu l-irwol li jsaħħaħ id-demokrazija fl-ambitu lokali u reġjonali madwar is-46 Stati Membri tiegħu filwaqt li jsegwi mill-qrib l-implimentazzjoni ta’ prattiċi governattivi lokali skont it-tfassil taċ-Charter Ewropew.

Id-diskussjoni dwar in-nisa fil-politika ffukat fuq l-isfidi li jiltaqgħu magħhom u kif miżuri eżistenti li taw il-frott jistgħu jiġu implimentati f’stati membri oħra. Fl-indirizz tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli saħqet fuq l-importanza li aktar nisa jkunu attivi fil-qasam politiku u tat elenku tal-ħidma li twettqet diġà f’dan ir-rigward mill-Gvern Malti. Hija semmiet li bħalissa għaddejja ukoll riċerka f’dan ir-rigward sabiex ikomplu jittieħdu aktar miżuri biex jegħlbu l-ostakli li fadal sabiex aktar nisa jkunu attivi fil-qasam politiku

Id-diskussjoni ġiet indirizzata wkoll mill-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca u mid-Direttur tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali Claudia Luciani li faħħret il-progress li għamlet Malta fil-qasam tal-ugwaljanza tas-sessi. Il-kelliema saħqu li inizjattivi bħal Gender Corrective Mechanism kif ukoll l-istrateġija għall-ugwaljanza tas-sessi tal-Kunsill tal-Ewropa għandhom iwasslu għal aktar parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika. Madanakollu kien hemm qbil li fadal xi jsir sabiex in-nisa jkollhom iktar sehem. 

Il-konferenza fuq l-aspett ta’ livelli differenti ta’ governanza kienet iffukata prinċipalment fuq il-kollaborazzjoni bejn livelli differenti ta’ tmexxija, l-ambjent u l-innovazzjoni fejn matulha ingħataw eżempji ta’ prattika tajba li ttieħdu minn Malta. Din il-konferenza ġiet indirizzata wkoll miIl-President tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali Marc Cools fejn qal li huwa importanti li l-governanza titqies mhux biss minn fuq għal isfel imma wkoll minn isfel għal fuq, fejn il-koperazzjoni bejn kull livell tkun enfasizzata.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: F’Malta jittellgħu żewġ avvenimenti tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: F’Malta jittellgħu żewġ avvenimenti tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: F’Malta jittellgħu żewġ avvenimenti tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow