Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Viżjoni Malta 2050 diġà qed tħalli l-frott: Kumpanija internazzjonali tal-esports BLAST tagħżel lil Malta

PR251072
Date Icon 17/06/2025

Malta qed tkompli tibni fuq ir-reputazzjoni tagħha bħala suq ewlieni fl-industrija tal-esports u l-innovazzjoni diġitali globali, permezz ta’ sħubija strateġika mal-kumpanija internazzjonali BLAST. Dan il-ftehim ta’ tliet snin se jwassal għal disa’ avvenimenti internazzjonali kbar f’pajjiżna, inkluż it-tournament prestiġjuż BLAST Premier Bounty S2 f’Awwissu 2025, u se jattira opportunitajiet ġodda għal aktar kollaborazzjonijiet u tkabbir f’dan is-settur dinamiku.

Bħala parti minn dan l-investiment, BLAST se twaqqaf studio u ċentru ta’ operazzjonijiet permanenti f’Malta, li jipprovdi l-infrastruttura u l-kompetenzi meħtieġa biex twassal avvenimenti live, ħolqien ta’ kontenut, kif ukoll iżomm kuntatt mal-komunità globali tal-esports. Parti ċentrali minn dan l-iżvilupp se tkun faċilità permanenti ta’ xandir għall-esports, li se tkun mifruxa fuq aktar minn 1,000 metru kwadru, mgħammra b’teknoloġija avvanzata u kapaċi tilqa’ kompetizzjonijiet internazzjonali tal-ogħla livell. GamingMalta u BLAST se jaħdmu wkoll biex jappoġġjaw it-talent lokali permezz ta’ ħidma fil-qrib mal-universitajiet, il-komunità lokali tal-esports, u stakeholders oħra fis-settur. Se jkunu qed jinħolqu opportunitajiet ġodda lokalment għall-professjonisti Maltin biex jikbru u jirnexxu globalment f’din l-industrija.

Dan huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex ikompli jkattar l-opportunitajiet f’setturi ta’ valur għoli miżjud li joffru prospetti ta’ karrieri b’pagi għoljin, filwaqt li jibqa’ jsaħħaħ it-talent lokali f’dan il-qasam.

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriżi u l-Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, qal li: “Din is-sħubija bejn Gaming Malta u BLAST, taqbel perfettament mal-prinċipji ta’ Viżjoni Malta 2050, li jpoġġi l-innovazzjoni diġitali, l-involviment taż-żgħażagħ, u l-ekonomija kreattiva fiċ-ċentru tal-istrateġija nazzjonali tagħna. Kollaborazzjonijiet bħal dawn jgħinu biex inkomplu npoġġu lil Malta bħala pajjiż b’viżjoni ’l quddiem għall-industriji tal-futur, waqt li joħolqu opportunitajiet reali għaż-żgħażagħ tagħna permezz ta’ edukazzjoni, karrieri, u opportunitajiet internazzjonali. Billi ninvestu f’kollaborazzjonijiet strateġiċi bħal dawn, inkomplu nibnu ekonomija innovattiva, reżiljenti, u kompetittiva globalment.”

B’dan il-ftehim diġà qed jitwettqu l-KPI’s tal-Viżjoni Malta 2050. Il-mira tal-Gvern tibqa’ li nattiraw setturi li jiġġeneraw xogħol b’salarji għoljin u li joffru l-potenzjal ta’ aktar tkabbir. Is-settur tal-esports huwa wieħed minn dawn l-industriji.

Ivan Filletti, Kap Eżekuttiv ta’ GamingMalta, żied jgħid li “F’Gaming Malta qed nibnu ekosistema fl-industrija tal-esports f’kull livell, mix-xena lokali sal-livell globali. Dan il-ftehim ta’ diversi snin ma’ BLAST huwa pass kbir ’il quddiem fil-mixja tagħna biex inkomplu npoġġu lil Malta fil-quċċata tal-pajjiżi strateġiċi f’din l-industrija. Se nkomplu nippromwovu l-viżjoni tagħna ta’ ‘Home of Gaming Excellence’ billi nġibu avvenimenti ta’ livell għoli u noħolqu opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ tagħna.”

Robbie Douek, Kap Eżekuttiv ta’ BLAST, qal “Il-kollaborazzjoni tagħna ma’ GamingMalta huwa pass kbir għal BLAST, li assigura ftehim ta’ diversi snin biex itejjeb l-esports u l-logħob f’Malta. Entużjasti li nġibu produzzjoni live, studio ġdid, u divertiment kompetittiv f’Malta. Qed napprezzaw il-viżjoni tal-Gvern għal dan il-qasam u din s-sħubija se tkompli ssaħħaħ din l-ambizzjoni.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Viżjoni Malta 2050 diġà qed tħalli l-frott: Kumpanija internazzjonali tal-esports BLAST tagħżel lil Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Viżjoni Malta 2050 diġà qed tħalli l-frott: Kumpanija internazzjonali tal-esports BLAST tagħżel lil Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow