Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Tirritorna t-12-il edizzjoni tal-Festival tat-Tin fix-Xagħra, Għawdex

pr251070
Date Icon 17/06/2025


Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli ħabbru li se tittella' t-12-il edizzjoni tal-Festival tat-Tin nhar is-Sibt, 21 ta' Ġunju, 2025 fil-Pjazza tax-Xagħra, Għawdex. Fil-fatt, għal dawn l-aħħar snin, il-Festival tat-Tin sar parti integrali mill-kalendarju kulturali tax-Xagħra u ta' Għawdex.

Dan il-festival isir f'lokal fejn hemm numru sostanzjali ta' siġar tat-tin għaliex il-ħamrija toffri l-aħjar kundizzjonijiet għat-tkabbir ta' din is-siġra. Għalhekk, huwa r-raħal ideali biex jiġi ċċelebrat dan il-frott ikoniku.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr, “Bħala Gvern dejjem kommessi li ngħinu finanzjarjament u b'kull mod possibbli inizjattivi bħal dawn li jkomplu jattiraw lejn Għawdex aktar viżitaturi. Fuq kollox dawn l-attivitajiet ikomplu mhux biss juru l-ħidma b'saħħitha tal-Kunsilli Lokali imma jsaħħu wkoll l-identità kulturali u agrikola ta' Għawdex."

Il-Ministru Camilleri fakkar kif permezz tal-ħidma kontinwa tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru, Għawdex irnexxielu jinbidel f'destinazzjoni għal matul is-sena kollha. Huwa temm billi ħeġġeġ lil kulħadd iżur Għawdex u jgawdi attività oħra mmirata għall-familja kollha.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli, faħħret lill-Kunsill Lokali tax-Xagħra talli għamlu użu minn dawn il-fondi addizzjonali li toħroġ id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali proprju għal attivitajiet kulturali bħal dawn. 

“Dawn l-attivitajiet qegħdin jintlaqgħu ferm tajjeb mill-pubbliku u għaldaqstant sena wara oħra qed tinħareġ l-iskema għall-fondi sabiex jibqgħu jittellgħu dawn l-attivitajiet. Il-Gvern jibqa' kommess sabiex iżomm il-kultura u tradizzjonijiet ta' pajjiżna ħajjin u permezz tal-Kunsilli Lokali li jafu t-tradizzjonijiet u l-użanzi tal-lokal tagħhom qegħdin inżommu ħaj dak kollu li jagħmilna Maltin," saħqet is-Segretarju Parlamentari. Hija temmet billi awgurat kull suċċess għal din it-12-il edizzjoni ta' Festa Tin u ħeġġet lin-nies sabiex jattendu.

Dan il-festival se jgħaqqad il-biedja, il-kultura, l-artiġjanat u l-mużika – kollha taħt saqaf wieħed. Il-preżenza ta' artisti lokali u internazzjonali, kif ukoll l-impenn lejn attività li toffri xi ħaġa għal kull età, hija xhieda ta' viżjoni li tħares 'il quddiem u li tpoġġi lis-soċjetà fiċ-ċentru.

Din l-attività se tkun qed tittella' minn fondi maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u  mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali għal skemi ta' attivitajiet kulturali.

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-festival u avvenimenti oħra f'Għawdex, wieħed jista' jżur is-sit https://eventsingozo.com/events/. Biex jaċċessa l-aħħar attivitajiet wieħed jista' wkoll iniżżel l-app tal-mobile: https://eventsingozo.com/mobileapp/.

Ritratt: MGP/MCLG_PS

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Tirritorna t-12-il edizzjoni tal-Festival tat-Tin fix-Xagħra, Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow