Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI: Għal darb'oħra riżultati eċċellenti għal pajjiżna fir-rapport tal-eGovernment Ewropew

PR251066
Date Icon 17/06/2025


Fir-rapport eGovernment Benchmark 2025 maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea, li fih janalizza servizzi governattivi online tal-membri stati Ewropej matul is-sena li għaddiet, is-Servizz Pubbliku Malti reġa' kiseb l-aqwa riżultati.

Malta kisbet riżultat perfett f'numru ta' oqsma fosthom f'servizzi diġitali li jolqtu liċ-ċittadin direttament fil-ħajja tiegħu ta' kuljum.

Malta kisbet ukoll punteġġ massimu f'oqsma diġitali ġenerali bħal:

Sapport lill-utent – Kemm is-sapport li ċ-ċittadini jingħataw online meta jużaw servizzi diġitali governattivi huwa b'saħħtu u adegwat.

Trasparenza – Kemm is-servizzi diġitali governattivi huma ddisinjati bl-involviment taċ-ċittadin u kemm jingħataw b'metodi informattivi u trasparenti.

Mobile friendly – Kemm is-servizzi diġitali governattivi jkunu adattati għal smartphones u tablets.

Cross Border ePayments – Kemm is-servizzi diġitali governattivi joffru faċilitajiet ta' ħlas minn membri stati Ewropej.

Meta tikkumpara kollox, Malta ġabet riżultat ta' madwar 18% aqwa mill-medja Ewropea fejn jirrigwardja servizzi diġitali pubbliċi u 14% aqwa mill-medja Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi għan-negozji.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana qal li dan huwa konferma oħra ta' kemm l-investimenti kollha li saru fit-teknoloġija, f'dawn l-aħħar snin, qed iħallu l-frott. “Dan ir-rapport mhuwiex punt ta' wasla, imma stimulu biex bħala amministrazzjoni nibqgħu ntejbu s-servizzi tagħna b'għodod ġodda li tipprovdilna t-teknoloġija moderna fosthom l-Intelliġenza Artifiċjali." Huwa sostna li riżultati ta' dan it-tip jikkonfermaw kemm l-uffiċjali pubbliċi Maltin huma ddedikati biex iwasslu servizzi diġitali tal-ogħla livell fejn iċ-ċittadini jaċċessaw dawn is-servizzi bl-akbar faċilità.

Ir-rapport eGovernment Benchmark 2025 hu disponibbli minn din il-link.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow