STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Aktar investiment fil-Pixkerija
Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said żaret il-Pixkerija sabiex tara l-progress tax-xogħlijiet infrastrutturali li qed isiru, fosthom l-installazzjoni ta’ żewġ magni tas-silġ ġodda li se jgħinu sabiex titjieb il-kwalità u l-konservazzjoni tal-ħut frisk.
Is-segretarju parlamentari saħqet li dan l-investiment qed ikompli jtejjeb l-operat tal-Pixkerija. “L-installazzjoni tal-magni tas-silġ huwa eżempju ieħor ta’ kif qed inkomplu nindirizzaw il-ħtiġijiet tas-sajjieda b’mod dirett. Dan il-Gvern qed isaħħaħ il-kapaċità tal-faċilità biex nipprovdu servizz aħjar, b’mod aktar effiċjenti u sostenibbli.”
Waqt iż-żjara, is-segretarju parlamentari rat ukoll ix-xogħlijiet li għaddejjin fuq il-Fisheries Innovation Hub li qed isir b’investiment totali ta’ €5 miljun u mistenni jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena, bl-istess hub se jkun qed jospita d-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura.
“Il-gvern jibqa’ impenjat li jkompli jinvesti fl-infrastruttura u fl-innovazzjoni biex nassiguraw futur b’saħħtu għal dan is-settur li huwa kruċjali għall-ekonomija ta’ pajjiżna,” qalet is-Segretarju Parlamentari, filwaqt li rringrazzjat lill-Kap Eżekuttiv Brian Vella u lill-ħaddiema kif ukoll lis-sajjieda għall-koperazzjoni kontinwa tagħhom u saħqet li l-Pixkerija tibqa’ element ewlieni fil-katina tal-valur tas-sajd Malti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN