Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI: Tisħiħ tal-qafas regolatorju dwar l-użu responsabbli tal-kannabis

PR251062
Date Icon 16/06/2025

Permezz ta’ emendi legali li għaddew mill-Parlament b’mod unanimu, l-Awtorità dwar l-użu responsabbli tal-kannabis, l-ARUC, ingħatat poteri ta’ infurzar fuq temi relatati mal-kannabis. L-emendi legali li daħlu fis-seħħ riċentement ser iwasslu biex jintlaħaq  l-għan aħħari ta’ din ir-riforma – li wieħed ikun jista’ jagħmel użu mill-kannabis mingħajr biża’, filwaqt li dawk li ma jagħmlux użu minnha jibqgħu dejjem jiġu rrispettati.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg qalet li bl-emendi, l-ARUC ingħatat poteri ta’ infurzar biex ikunu mħarsa d-drittijiet ta’ persuni li kien qed ikollhom isofru l-inkonvenjent tal-irwejjaħ tal-kannabis fir-residenza tagħhom. Għaldaqstant, l-ARUC bdiet tindirizza rapporti ta’ ilmenti dwar l-irwejjaħ tal-kannabis f’postijiet residenzjali bis-saħħa ta’ emendi fil-liġi li ġew approvati mill-Parlament.

Hija saħqet li l-użu responsabbli tal-kannabis kif jipprovdi l-qafas leġislattiv u regolatorju sar biex ikunu rispettati d-drittijiet ta’ kulħadd inkluż dawk li ma jużawx il-kannabis.

“Il-liġi tipprovdi għal multi għal min jikkawża inkonvenjent lill-ġirien bl-irwejjaħ tal-kannabis, iżda bħala l-ewwel pass, l-uffiċjali tal-ARUC ser jedukaw u jipproponu rimedji u  jekk dawn is-sitwazzjonijiet jippersistu, l-ARUC ma jkolliex triq oħra ħlief li tmexxi bil-proċeduri kontra dawk li jibqgħu jiksru l-liġi,” qalet is-segretarju parlamentari.

Iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-ARUC, Dr Joey Reno Vella qal li l-awtorità issa għandha struttura f’postha li ser isegwi ilmenti li isiru mill-pubbliku dwar irwejjaħ tal-kannabis f’residenzi privati. Huwa ħabbar li l-awtorità issa għandha linja tat-telefon dedikat fuq in-numru 80002088 biex tirċievi l-ilmenti dwar l-irwejjaħ tal-kannabis f’postijiet residenzjali.

Dr Vella qal li biex l-ARUC tkun tista’ tmexxi f’dawn il-każijiet, huwa essenzjali li l-ilment ma jsirx b’mod anonimu u li tingħata informazzjoni preċiża tal-post fejn allegatament ikun qiegħed jikkaġuna l-inkonvenjent. Qal li l-uffiċjali tal-ARUC ser ikellmu lil persuna li allegatament tkun qiegħda tikkawża l-inkonvenjent biex jekk ikun il-każ tagħmel ir-rimedji li ser ikunu rakkomandati  mill-uffiċjali tal-infurzar tal-ARUC. Huwa spjega wkoll li t-tipjip tal-kannabis fil-pubbliku kien u għadu ipprojbit.

Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg semmiet emendi oħra li daħlu fis-seħħ fosthom biex tissaħħaħ il-projbizzjoni ta’ sustanzi psikoattivi. Fost dawn hemm ukoll żieda fil-multa sa €10,000 għall-assoċjazzjonijiet li jinstabu li kisru r-regoli tal-liċenzja tagħhom, fosthom jekk jippermettu persuni ta’ inqas minn 18-il sena f’dawn l-istess faċilitajiet. Bl-emendi issa l-assoċjazzjonijiet ma jistgħux joperaw f’distanza ta’ 250 metru minn ċentri sportivi u faċilitajiet oħra frekwentati miż-żgħażagħ.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li mindu tlett snin ilu bdiet titħaddem il-liġi dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis, l-awtoritajiet għandhom is-sodisfazzjon li din il-liġi laħqet l-iskopijiet tagħha ta’ harm reduction mingħajr ma waslet biex żdied l-użu tal-kannabis minn persuni li ma kienux jikkonsmaw il-kannabis. Hija qalet li dan ġie konfermat f’żewġ studji indipendenti u separati li saru fl-aħħar xhur mill-Caritas u mill-Unjoni Ewropea.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI: Tisħiħ tal-qafas regolatorju dwar l-użu responsabbli tal-kannabis
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow